Artikli

Din il-paġna fiha artikli mibgħutin minn kontributuri tal-programm tagħna kif ukoll minn xi ħbieb. Niżżel l-artiklu f’format “PDF” billi tagħmel “right click” u “save as” jew inkella iftaħ l-artiklu f’tieqa ġdida billi tikklikja darbtejn fuqu.

Nota: Id-dritt tal-awtur ta’ dawn l-artikli hu kompletament
tal-awturi rispettivi u kull talba biex jiġi riprodott l-artiklu f’xi
forma trid issir lill-awtur innifsu.

Żmien il-Kjeriċi Miżżewġin u Opportunisti bis-Sensja tal-Knisja

Dan l-artiklu hu l-ewwel wieħed minn tnejn dwar il-kjeriċi, jiġifieri dawk li jkunu bdew l-ewwel pass li kellu jwassal għas-Saċerdozju. Iżda kif jurina Gwido Lanfranco, dan l-istat kellu marbut miegħu għadd ta’ provileġġi u allura xi drabi kien hemm abbuż bla rażan, kultant ukoll bil-permess tal-Isqof, li kien jara fil-kjeriċi poter fuq il-jeddijiet tal-Gran Mastru u tal-Inkwiżitur.

GuidoLanfranco


Gwido Lanfranco

Kappelli mxerrdin madwar Malta iddedikati lil San Ġużepp

Odette Cortis minn Ħaż-Żebbuġ tikteb dwar kappelli mxerrdin madwar Malta li huma ddedikati 'l San Ġużepp. Ta' interess akbar huma dawk il-kappelli li m'għadhomx jeżistu billi dawn mhux ser niktbu dwarhom f'dan is-sit.
 

OdetteCortis

Odette Cortis

Santa Duminka: Knisja Parrokkjali f'Ħal Tartarni li nsejniha

Artiklu miktub minn Fr. Alexander Bonnici OFM Conv. u li deher għall-ewwel darba fil-programm tal-festa tal-Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli fl-2001. Dan l-artiklu qed jiġi riprodott bil-permess tal-Kappillan, Fr. Norman Zammit. Fihinformazzjoni fuq il-qaddisa Santa Dumikna kif ukoll fuq ir-raħal Ħal Tartarni u l-knisja parrokkjali tiegħu li llum il-ġurnata t-tnejn spiċċaw.
 

AlexanderBonnici
Fr. Alexander Bonnici

Kappelli u Knejjes tal-Lunzjata f’Malta

Dan l-artiklu hu ispirat mill- poeżija “L-Għanja tas-Seba’ Niċeċ” ta’ l-avukat Ġorġ Zammit, li l-awtur kien studja fl- Università żmien ilu. Carmel Bezzina jagħmel bħall-poeta, u jitlaq għal għonq it-triq u jżur seba’ knejjes jew kappelli ddedikati lill-Annunzjazzjoni ta’ Marija. Għażel seba' kappelli marbutin mal-kult tal-Lunzjata li nbnew fi żminijiet differenti u li għalhekk għandhom stili differenti ta’arkitettura, u jinsabu f’lokalitajiet differenti ta’ pajjiżna. B'hekk ħareġ il-firxa wiesgħa tal-qima lejn il-Lunzjata fi gżiritna.
 

Carmel Bezzina


Carmel Bezzina

Il-Monasteru ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra u l-knisja tiegħu fil-Belt Valletta

Rev. Jonathan Farrugia hu saċerdot żagħżugħ, president tal-Għaqda tal-Istudenti tat-Tejoloġija fl-Universita ta' Malta. Kitbilna dwar il-Monasteru ta' Santa Katerina fil-Belt Valletta u nkludejna dan l-artiklu mhux biss għad-dettall storiku li fih iżda wkoll għad-deskrizzjoni ddettaljata u ferm interessanti tal-ħajja monastika tal-epoka.
 

RevJonathanFarrugia2

Rev. Jonathan Farrugia

Termini użati fl-arkitettura tal-Knejjes u Kappelli

Anthony M. Brincat huwa kontributur regolari fuq dan is-sit. Tana għadd ta' artikoli li wieħed minnhom huwa dan, fejn jispjega t-termini arkitettoniċi użati meta jiġu deskritti l-kappelli. Anthony għandu għajn għad-dettall li hi xhiedha tal-interess tiegħu fis-suġġett.
 

AnthonyMBrincat02

Anthony M. Brincat

Graffiti Marittimi Maltin

Dan hu t-tieni minn żewġ artikli li kitbilna Joseph Muscat għal dan is-sit. L-ieħor hu dwar il-kwadri ex-voto fil-knejjes Maltin li ser tellgħina f'dan is-sit aktar qabel. Joseph Muscat bħala storiku speċjalizza fl-istorja marittima ta' Malta, speċjalment fuq il-flotta u l-bastimenti tal-Ordni ta' San Ġwann. Kiteb għadd ta' kotba dwar suġġetti marittimi kif ukoll ukoll membru ta' għadd ta' soċjetajiet prestiġġjużi kemm Maltin kif ukoll barranin li jispeċjalizzaw f'dan is-suġġett.
 

JosephMuscatSmall1


Joseph Muscat

Visti Pastorali

Joseph Brincat huwa xandar u huwa wieħed mill-produtturi tal-programm “Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar”. Ipproduċa għadd ta’ programmi oħrajn l-aktar marbutin mal-festi parrokkjali ta’ l-irħula Maltin u li ġeneralment ixxandru fuq radjijiet komunitarji. Riċentament kien ukoll ko-produttur ta’ programm dwar l-aħħar gwerra dinjija li xxandar nhar il-Vitorja.
 

JoeBrincatSmall

Joseph Brincat

Kappelli fil-Widien

Dr. Joseph Borg, konsulent u espert fil-qasam agrikolu u landscaping jiktbilna dwar dawk il-kappelli li jinstabu fil-wiedien. Jgħidilna kif il-wiedien fl-imgħoddi kienu marbutin mal-ħajja rurali u kif għalhekk nibtu dawn il-kappelli. Bħal kull min iħobb u japprezza l-wirt naturali u storiku tagħna, jagħmel appell biex nibżgħu għal dak li għandna.
 

JosephBorgAgriSMALL
Joseph Borg

Kwadri Ex-Voto Marittimi

Dan hu l-ewwel minn żewġ artikli li kitbilna Joseph Muscat għal dan is-sit. L-ieħor hu dwar il-graffitti marittimi Maltin li ser intellgħu f'dan is-sit aktar 'l quddiem. Joseph Muscat bħala storiku speċjalizza fl-istorja marittima ta' Malta, speċjalment fuq il-flotta u l-bastimenti tal-Ordni ta' San Ġwann. Kiteb għadd ta' kotba dwar suġġetti marittimi kif ukoll ukoll membru ta' għadd ta' soċjetajiet prestiġġjużi kemm Maltin kif ukoll barranin li jispeċjalizzaw f'dan is-suġġett.
 

JosephMuscatSmall1

Joseph Muscat

L-Għanja tas-Seba’ Niċeċ, ta’ George Zammit

Ġorġ Peresso ta kontribut qawwi lix-xandir Malti, kemm pubbliku kif ukoll privat. Kiteb ukoll għadd ta’ poeżiji, proża u drammi, uħud minnhom ukoll bit-Taljan. F’dan l-artiklu, miktub apposta għal dan is-sit, Ġorġ Peresso janalizza b’mod dettaljat u bl-istil inimitabbli tiegħu L-Għanja tas-Seba’ Niċeċ, ta’ George Zammit, b’mod partikolari ir-referenzi għall-kappelli msemmija fiha.

GorgPeresso_small
Ġorġ Peresso

ID-DEVOZZJONI LEJN SAN BASTJAN F’MALTA

Artiklu ta' Mario Coleiro, storiku. Jaħdem ma' Heritage Malta. Hu kkontribwixxa għall-programm u għall-website billi għaddielna diversi scripts u nformazzjoni fuq diversi kappelli. Ġie ntervistat ukoll għall-programm. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fil-ġurnal l-Orizzont tal-Ħamis 14 ta' Lulju 2005 u qed jiġi riprodott bil-permess ġentili kemm tal-awtur kif ukoll tal-Editur tal-Orizzont.

mariocoleiro
Mario Coleiro

DAWRIET MA' KAPPELLI U KNEJJES ŻGĦAR

Tony Terribile hu midħla sew ta’ dak li hu storja u folklore, speċċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reliġjon, kult u knejjes. Hu membru ta’ għadd ta’ soċjetajiet fosthom l-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes. Is-sensiela ta’ kotba riċenti tiegħu "Teżori fil-Knejjes Maltin" hija kollezzjoni estensiva b’kitba u ritratti tat-teżori li għandna aħna l-Maltin fil-knejjes tagħna. Ikkontribwixxha wkoll għall-programm tagħna b’intervista.

TonyTerribile


Tony Terribile

L-ISTORJA TAN-“NON GODE . . . ”  MAL-KNEJJES TAL-KAMPANJA  U  L-IMMUNITÀ  EKKLEŻJASTIKA

Is-Sur Gwido Lanfranco hu ex-għalliem u studjuż tax-xjenza, tan-natura u l-ambjent kif ukoll folklorista ta’ esperjenza wiesgħa. Kiteb f’għadd ta’ rivisti kif ukoll ippubblika għadd ta’ kotba dwar dawn is-suġġetti f’kuntest lokali li ħafna minnhom pprovda l-issultrazzjonijiet għalihom hu stess. Ikkontribwixxha wkoll għall-programm tagħna b’intervista dwar il-leġġendi marbutin ma’ dawn il-kappelli kif ukoll dwar kif kienu jiġu ċċelebrati l-festi ta’ dawn il-kappelli żgħar.

GuidoLanfranco

Gwido Lanfranco

L-aħħar tibdil sar
18 November 2008
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008

 

www.apsbank.com.mt

BannerNew
ilovebooks_logo-SMALLBANNER

Kompetizzjoni bi premju sponsorjata minn
www.ilovebooks.com.mt