Privatezza, Dritt tal-Awtur u Kuntatt
DIKJARAZZJONI TA’ PRIVATEZZA (PRIVACY POLICY)
Grazzi talli ġejt iżżur dan is-sit.
Dan is-sit ma jiġborx informazzjoni personali fuq min iżuru u għaldaqstant hu konformi mad-Data Protection Act tal-2001. L-unika data li tinġabar huwa n-numru ta’ viżitaturi ta’ dan is-sit kif muri mill-arloġġ fil-faċċata ewlenija. Din id-data hi miġbura b’mod anonimu.
Jekk qatt xi darba tibgħat email, l-email tiegħek mhux ser jingħata jew jinbiegħ lil ħaddieħor. Iżda jekk tikkuntatjana bl-email, l-email tiegħek inqiegħduh fuq il-mailing list tagħna u nibgħatulek notifika ta’ kull meta nżidu xi artiklu fis-sit tagħna li ġeneralment ikun darba f’xahar.
Jekk inti f’xi ħin tkun trid li nneħħuk minn fuq il-mailing list tagħna, kulma trid tagħmel hu li tiktbilna u tinfurmana.
Il-mailing list qatt ma nużawha biex nagħmlu propaganda jew reklam għal xi avveniment li jinnotifikawna bih soċjetajiet jew persuni terzi, sakemm ma jkunx avveniment ta’ interess relatat u straordinarju jew ta’ natura nazzjonali. Id-deċiżjoni dwar dan hi tas-sidien ta’ dan is-sit u hi finali.
COPYRIGHT, DRITT TAL-AWTUR FUQ PROPJETA ARTISTIKA U INTELLETTWALI
Dan is-sit iżomm id-dritt tal-awtur (copyright©) fuq kull materjal, awdjo, grafiku (kemm ritratti kif ukoll video) u kitba li hawn f’dan is-sit kif ġej:
IKKUNTATJAWNA
Jekk tixtieq tikseb permess biex tuża materjal minn dan is-sit għal skopijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel, jekk jogħġbok agħmel talba formali billi tiktiblna fuq wieħed minn dawn l-indirizzi li ġejjin:
Il-Webmaster, Is-Sur Noel Ciantar Is-Sur Roderick Busuttil
DISCLAIMER
Il-propjetarji ta’ dan is-sit jagħmlu kull sforz biex ikunu preċiżi u eżatti fl-informazzjoni fuq din il-website imma ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kwalunkwe preġudizzju, telf jew ħsara li tista' sseħħ mill-użu tal-informazzjoni.
Il-propjetarji ta’ dan is-sit ma jipprovdux kontroll ta' kwalità ta' links esterni. L-inklużjoni ta' xi isem ta' kumpanija, soċjetà jew negozju fi ħdan il-paġni m'għandhiex tinftiehem bħala rakkomandazzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi ta' dik il-kumpannija, soċjetà jew dak in-negozju.
Jekk sibt xi ħaġa f’dan is-sit li tħoss li m’għandiex tkun hemm għax mhix f’lokha, jekk jogħġbok ikkuntattjana.
Jekk sibt xi ħaġa li teħtieġ korrezzjoni għax mhix eżatta, jekk jogħġbok ikkuntattjani wkoll u nkunu grati lejk. Il-kummenti tiegħek huma apprezzati ħafna u mixtieqa.
Grazzi
L-aħħar tibdil sar
Monday, January 30, 2012
Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011
