Għaqda Kappelli Maltin
(Nota: isem “ad interim”)

Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju 2011

Illum saret laqgħa fil-għodu fil-Kappella ta' San Pawl Ħ'Attard biex jinbeda l-proċess biex titwaqqaf għaqda "Ħbieb Kappelli Maltin". Dan l-isem proviżorju ġie deċiż waqt din il-laqgħa u għa irid jiġi kkonfermat jew mibdul meta ssir l-ewwel Laqgħa Ġenerali li uffiċċjalment toħloq din-l-Għaqda.

Inħatar kumitat proviżorju ta' ħames persuni li huma s-Sinjuri Anthony Brincat, Joseph Brincat, Malcolm Bartolo, Max Farrugia u Bro. George Micallef. Dan l-kumitat irid iħejji l-istatut u jagħmel preparamenti biex titwaqqaf l-Għaqda li għandha tiġi varata lejn il-bidu t'Ottubru li ġej.

Grazzi ħafna lil kull min ġie għall-laqgħa għax kien hemm attendenza tajba ħafna u u inagħta kontribut siewi ħafna biex jintlaħaq l-għan li għalih saret il-laqgħa. Grazzi speċjali tmur lis-Sur Reno Saliba li silifna l-kappella ta’ San Pawl u lil Rev. Jonathan Farrugia li qaddes il-quddiesa qabel il-laqgħa. Aktar informazzjoni tingħata ‘l quddiem.

Min hu interessat li jidħol fl-għaqda u ma kienx preżenti għall-laqgħa u għadu ma bagħtlix nota jekk jogħġobkom ibgħatuli d-dettalji tagħkom, (email address u n-numru tal-mobile) biex ngħaddihom lill-membri tal-kumitat provizorju sabiex ikunu jistgħu jikkuntattjawkom aktar tard.
 
Roderick Busuttil
 

roderickbusuttil@kappellimaltin.com

 

GhaqdaKappelli02

L-aħħar tibdil sar
Monday, January 30, 2012
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011

BannerNew
pMyButton4
pMyButton4

 

fuq facebook

facebook logo Extra Small