Lista ta’ Gran Mastri tal-Ordni ta’
San Ġwann, li saltnu f’Malta
|
Din hija l-lista tal-Gran Mastri ta-Ordni ta' San Ġwann, li saltnu fuq Malta. Diversi Gran Mastri u Kavallieri ta' San Ġwann kienu nvoluti fil-bini ta' knejjes u kappelli, kif ukoll fit-tiżjin tagħhom. Id-data turi meta saru Gran Mastru. Skont l-istatut ta’ l-Ordni, dan kien normalment ifisser sa 3 ijiem wara li jkun miet il-Gran Mastru ta’ qabel, iżda xi kultant, minħabba ċirkustanzi straordinarji ġieli għaddew xhur qabel ma ntgħażel Gran Mastru ġdid, bħal ngħidu aħna, l-erba xhur li għaddew wara l-mewt ta’ La Cassiere f’Ruma u l-ħatra ta’ Verdalle warajħ. |
|
* Fra Filippo de l’Isle Adam (Franciż), sar f’Rodi fl-1521.
* Fra Pierino del Ponte (Taljan), 26 t’Awwissu 1534.
* Fra Didier de Saint Jaille (Franciż), 22 ta’ Novembru 1535.
* Fra Jean d’Homedes (Spanjol), 20 t’Ottubru 1536.
* Fra Claude de la Sengle (Franciż), 11 ta’ Settembru 1553.
* Fra Jean Parisot de la Valette (Franciż), 21 t’Awwissu 1557.
* Fra Pietru del Monte (Taljan), 23 t’Awwissu 1568.
* Fra Jean Levesque de la Cassiere (Franciż), 30 ta’ Jannar 1572.
* Fra Hughes de Loubeux Verdalle (Franciż), 12 ta’ Jannar 1582.
* Fra Martino Garzes (Spanjol), 8 ta’ Mejju 1595.
* Fra Alof de Wignacourt (Franciż), 10 ta’ Frar 1601.
* Fra Dom Luys Mendez de Vasconcellos (Spanjol), 17 ta’ Settembru 1622.
* Fra Antoine de Paule (Franciż), 10 ta’ Marzu 1623.
* Fra Jean Paul Lascaris Castellar (Franciż), 12 ta’ Gunju 1636.
* Fra Martino de Redin (Spanjol), 17 t’Awwissu 1657.
* Fra Annet de Clermont de Chattes Gessan (Franciż), 9 ta’ Frar 1660.
* Fra Raffaele Cotoner (Spanjol), 5 ta’Gunju 1660.
* Fra Nicola Cotoner (Spanjol), 23 t’Ottubru 1663.
* Fra Gregorio Caraffa (Taljan), 2 ta’ Mejju 1680.
* Fra Adrien de Wignacourt (Franciż), 24 ta’Lulju 1690.
* Fra Ramon Perellos y Roccafull (Spanjol), 5 ta’ Frar 1697.
* Fra Marc’Antonio Zondadari (Taljan), 13 ta’ Jannar 1720.
* Fra Antonio Manoel de Vilhena (Portugiz), 19 ta’ Gunju 1722.
* Fra Ramon Despuig (Spanjol), 16 ta’ Dicembru 1736.
* Fra Emmanuel Pinto de Fonceca (Portugiz), 18 ta’ Jannar 1741.
* Fra Francesco Ximenes de Texada (Spanjol), 21 ta’ Jannar 1773.
* Fra Emmanuel de Rohan Poldhuc (Franciż), 16 ta’ Novembru 1775.
* Fra Ferdinand de Hompesch (Tedesk), 16 ta’ Lulju 1797.
Referenzi
* The Islands and their History ta' Them. Zammit (1926);
* Storja ta' Malta ta' G.A. Vassallo - reprint tal-1948.
* Żmien il-Kavallieri f'Malta, 1530 - 1798 ta' Joseph F. Grima (PIN 2001)
Stampi
* www.publicsafety.net/maltese.htm


L-aħħar tibdil sar
03 August 2010
Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008, 2009

