Kompetizzjoni bi Premju

Id-ditta tal-kotba www.ilovebooks.com.mt qiegħda ġentilment tagħti voucher ta’ €10 f’kotba bħala rigal lil min jirrispondi d-domandi għamilinilkom fl-aħħar kompetizzjoni li għalqet fil-15 ta’ Jannar li għadda. Rigal ieħor qed jingħata mid-Direzzjoni ta’ dan is-sit stess u jikkonsisti f’mudell tal-fuħħar ta’ kappella rurali, magħmul mill-artist Carmelo Vella (ara r-ritratt aktar ‘l isfel). Dan ifisser li din il-kompetizzjoni kellha żewġ rebbieħa.

Kellna għadd ġmielu ta’ risposti u kollha kienu tajbin, iżda sfortunatament kellna biss żewġ rigali. Ir-rebbieħa ittellgħu bil-polza u dawn kienu s-Sinjura Irene Scerri, li rebħet il-Voucher ġentilment mogħti mid-ditta ilovebooks.com u s-Sur Ivan Scerri, li rebaħ il-mudell tal-Kappella Rurali.

Ir-risposta għad-domanda kellha tkun li l-aktar kappelli li hawn f’Malta u Għawdex huma dawk iddedikati lil Santa Marija. Kellkom ukoll issemmu ħamsa minnhom, li kienet tassew faċli billi hemm 17-il-Kappella ddedikata lill-Madonna taħt dan it-titlu.

Is-Sinjura Scerri u s-Sur Scerri, li ma jiġux minn xulxin, ser jiġu mgħarrfin dwar kif jistgħu jiġbru r-rigal tagħhom mid-dettalji tal-email li bagħtulna.


DSCN6900


Għal aktar informazzjoni dwar Carmelo Vella u x-xogħol tiegħu ara hawn.


ilovebooks_logo-MEDIUMBANNERId-ditta għandha ħanut online fuq l-internet (www.ilovebooks.com.mt) kif ukoll ħanut f’Birkirkara fi Triq l-Imsida kantuniera ma’ Trejqet il-Qasab, qrib il-Knisja ta’ Sant’Antnin tal-Patrijiet Franġiskani. Il-kumpanija toffri għażla qawwija ta’ kotba ta’ kull ġeneru bl-Ingliż u bil-Malti inklużi dawk speċċjalizzati jew ta’ interess partikolari. Huma joffru wkoll servizz li jordnaw u jġibu dawk it-titoli li ma jkollhomx dak il-ħin “in stock” u joffru wkoll, jekk trid, li jwasslulek fid-dar tiegħek f’Malta b’xejn l-ordni li tkun għamilt (sakemm l-ordni tkun ta’ €18.63 jew aktar. Jekk le, il-kotba jitwasslulek f’darek għal ħlas żgħir ta’ €3.49). 

Is-servizz online jinkludi l-għażla li tista’ tħallas ukoll online bis-sistema “PayPal” u għalhekk int tkun tista’ tordna u tħallas għall-kotba mill-kumdita ta’ darek u dawn jitwasslulek mill-kumpanija f’qasir żmien. Fil-ħanut tagħhom ta’ Birkirkara jaċċettaw ukoll ħlasijiet bl-iSmart Card. Biex tikkuntattjaw lill-kumpanija żuru s-sit tal-internet www.ilovebooks.com.mt, jew ibagħtulhom email fuq info@ilovebooks.com.mt jew ċemplu 21493471.

Id-Diretturi tas-sit www.kappellimaltin.com jixtiequ jirringrazzjaw lid-ditta www.ilovebooks.com.mt l-ewwelnett għall-isponsorship tal-kompetizzjoni tagħna iżda wkoll talli qdewna malajr u mingħajr problemi kull meta ordnajna xi ktieb speċċjalizzat dwar il-kappelli minn għandhom b’konnessjoni ma’ dan is-sit.




L-aħħar tibdil sar
03 August 2010
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008, 2009

www.apsbank.com.mt

BannerNew
ilovebooks_logo-SMALLBANNER

Kompetizzjoni bi premju sponsorjata minn
www.ilovebooks.com.mt

pMyButton4
pMyButton4

 

L-Isponsor Ewlieni
għat-tieni sena

fuq facebook

facebook logo Extra Small