Il-Kummenti Tagħkom
|
M'għand Peter Paul u Pauline Bonnici, nhar it-28 ta’ Lulju 2008 |
|
Your sterling work is definately to be encouraged. Both myself and my wife |
|
M'għand Reno Saliba, nhar it-28 ta’ Lulju 2008 |
|
Prosit tassew, għandkom sit verament professjonali. Tajt daqqa t'għajn, pero' nassigurak li nużaha u nġiegħel studenti tiegħi jużawha. Ngħaddi dan is-sit lil ħbieb tiegħi ukoll. |
|
M'għand Joe Degabriele mill-Mosta nhar l-20 ta’ Lulju 2008 |
|
Prosit tassew tal-website li għandkom. Hija verament informattiva u maħduma tajjeb ħafna. Meta wieħed jieqaf iħares, jaqra jew jisma' fuq xi kappella illi għandna mxerdin ma' pajjizna, wieħed għandu għax japprezza l-valur storiku, tradizzjonali u kultant, għax le, leġġendarju li jkun hemm marbut magħha. Il-kappelli tagħna huma wirt storiku ta' pajjiżna, u għaldaqstant għandna nibżgħu għalihom. Sfortunatament, għad baqa' numru mhux ħażin ta' kappelli u knejjes żgħar li jeħtieġu attenzioni immedjata. Il-knisja ta' Santa Marija taċ-Ċrejċa f'Ħal Qormi, jew il-knisja ta' Santa Margerita fis-Siġġiewi huma eżempju ċar ta' dan. Ħasra tassew, meta nafu illi aktar ma tikber il-ħsara, aktar ikun diffiċli sabiex titranġa mingħajr ma jagħti fl-għajn. …… Fil-waqt li nerġa' nagħtikom il-prosit, ma nafx kemm hu biżżejjed li nagħtu nformazzjoni fuq kappella, niktbu l-istorja tagħha, iżda mbagħad naraw illi din qiegħda fi stat tal-waħx. Hemm bżonn isir xi ħaġa sabiex insalvaw dan it-teżor illi għandna qed jintilef. …… L-għaqda Din L'Art Ħelwa tagħmel ħafna f'dan ir-rigward, pero ma nafx kemm hu biżżejjed. Grazzi ħafna taż-żmien li ħadtilkom. |
|
M'għand Ruth Vella nhar il-15 ta’ Lulju, 2008 |
|
Għeżież ħbieb, Ftit tal-ħin ilu kont fuq l-internet u xi ħdd qal li jixtieq ħafna jiġi Malta minħabba li sema' li hawn ħafna knejjes u kappelli. Jien naf li hawn ħafna knejjes u kappelli imma qatt ma fittixt dwarhom fl-internet! … U meta sibt is-sit tagħkom l-ewwel kelma li għidt kienet "Wow!!" ...u t-tieni : "x'biċċa xogħol tajba!!!" Is-sit kbir u naqra impossibbli tarah f'daqqa ...imma tant tidher interressanti li bil-mod il-mod beħsiebni naqraha biċċa sewwa minnha!!! (tagged as favourite). Filwaqt li nitlob li Alla jkompli jbierek lilkom u l-familji tagħkom ngħid ukoll THANK-YOU! |
|
M'għand Emanuel (Manny) Bongailas mill-Awstralja, |
|
This is a very valuable web site full of good information. I love it as I always loved my heritage. And I want to say thank you, to all those dedicated volunteers to make it possible. We are far from you but not far in our hearts. God Bless you all |
|
M'għand Anthonu Griscti, nhar it-8 ta’ Ġunju, 2008 |
|
Grazzi ta' e-mail message u l-informazzjoni li fija. Dan l-aħħar kelli xi problemi fil-komputer u ma' stajx inżomm kuntat u insegwi l-iżvilluppi. Sit interessanti u edukativ fuq l-wirt sabiħ li għadna. Grazzi u inslmilkom. Tony |
|
M'għand Carmen Muscat, nhar il-11 ta’ Mejju, 2008 |
|
Jien Carmen Muscat u għandi 51. Inħobb ħafna l-istorja ta' Malta, speċjalment fejn jidħlu torrijiet u kappelli fil-kampanja tagħna. Nixtieq nirringrazzjakhom tal-website. Il-vera interessanti. Jien qiegħda leader ma' l-iscouts u għalhekk niltaqa' ma' ħafna kappelli fil-widien sbieħ tagħna meta mmur xi hike. Barra għat-tfal norganizza wkoll hikes għan-nisa darba f'xahar, u barra li nimxu minn post għall-ieħor flimkien dawn dejjem ikollhom xi ħaġa ta' kultura x'jitgħallmu. Jien il-gost tiegħi hu li nsib l-informazzjoni qabel biex ikollna fuq xiex nitkellmu għax nemmen li n-nisa għandhom jitgħalmu x'hemm madwarhom għax huma l-aktar point of reference għal uliedhom. Għandi nisa li għandhom 'il fuq minn 60 u dawn tant qed jieħdu gost jitgħalmu xi ħaġa li qatt ma kienu jafu qabel għax ikollhom fuq xiex jitkellmu man-neputijiet. Il-pajjiż tagħna ssib xi ħaġa f'kull rokna li tmur. |
|
M'għand Vincent Attard mill-Kalkara, nhar is-17 ta’ Jannar 2008 |
|
Nifirħilkom tal-website li sibtha vera informattiva u interessanti. Jekk hu |
|
M'għand Thomas Pace, nhar is-8 ta' Jannar, 2008 |
|
Ħbieb, Nifirhilkom għas-sit informattiv tagħkom - enċiklopedija ċckejkna ta' tagħrif siewi. Ħaġa tajba li għamiltuh bil-Malti, u bl-użu tal-ittri Maltin. Prosit tal-glossarju. Nieħu pjaċir nara li hawn min jaħseb f'dawn l-għodod utli. Tislijiet. |
|
M'għand Charles Garcia minn Ħal Tarxien nhar is-7 ta' Jannar, 2008 |
|
Prosit tal-website tant interessanti li kien hemm bzonnha ħafna. Mill-ftit li rajt tidher ferm iddettaljata kemm f'dak li hu storiku kif ukoll fid-dettal. Għalhekk j'Alla tkomplu tagħtuna aktar tagħrif fuq il-wirt li ħallewlna missierijietna. Grazzi ta' dan it-tagħrif. |
|
M'għand Malcolm Schembri, minn Ħaż-Żabbar nhar il-25 ta’ Novembru 2007 |
|
Prosit ta’ din il-website: dettaljata u miżgħuda b’ritratti tassew sbieħ. Naħseb kienet tinħass il-ħtieġa li jkun hawn website ta’ din ix-xorta li tiġbor fiha informazzjoni utli għal kull min iħobb ir-riċerka u jħobb l-istorja ta’ pajjiżu. Jekk tkun tixtieq nista’ ngħaddilek informazzjoni fuq kappelli li jinstabu mxerrda f’Wied il-Għajn bir-ritratti magħhom. |
|
M'għand Luca Borg, minn Birkirkara nhar it-12 t’Ottubru 2007 |
|
L-ewwel ħaġa prosit ħafna tal-programm “Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar”. Smajt l-ewwel programm u hu interessanti ħafna. |
|
M'għand Fr. Ivan D. Aquilina mill-Ingilterra, nhar is-6 t’Ottubru 2007 |
|
Grazzi ferm tas-sit interessantissimu. Bla dubju il-kappelli Maltin huma gawhra prezzjuza u intom qed terġgħu tiġbdu l-attenzjoni lejhom. (Ara wkoll in-nota li bagħat Fr. Aquilina dwar San Ġużeppi Benedettu Labre, assoċjata mal-Knisja ta' San Ġakbu.) |
|
Kumment mid-Direzzjoni ta’ dan is-sit |
|
Skont rapport li deher fl-Orizzont tal-Ġimgħa 28 ta' Settembru, il-kappella mitluqa li hemm Baħar iċ-Ċagħaq hi dedikata lil San Pietru s-Sajjied, u l-Kapillan tal-Għargħur ħa jagħmel kull sforz possibbli biex din tiġi rrestawrata, u terġa' tingħata d-dehra kif kienet fil-passat. Min jaf, forsi l-mistoqsija li poġġiet waħda mill-viżitaturi ta' dan is-sit qajjem interess ġdid f'din il-kappella minsija u li forsi permezz t'hekk terġa tieħu postha fil-wirt tagħna ? |
|
M'għand Josephine Bonello, nhar it-Tnejn, 1 t’Ottubru 2007 |
|
Għadni kif propju issa spiċċajt nisma' l-programm "Mat-Tokki tal-Qniepen Żgħar" u nista' ngħidlek li huwa programm il-veru sabiħ kemm f'dik li hija produzzjoni u wisq aktar informazzjoni. Naħseb li verament ilħaqtu l-għan tal-programm u perswaza li s-semmiegħa ħadu pjaċir b'din is-siegħa ta' tagħrif minn fuq Radju Marija. Jiena ergajt fakkart lin-nies biex jisimgħuh u ninsab żgura li dan għamluh. Prosit għal darb'oħra u nixtieqek tgħaddi l-awguri tiegħi lil kull minn ta sehemu. |
|
M'għand Joe Fenech, minn Birkirkara, is-Sibt, 22 ta’ Settembru, 2007 |
|
Jiena dħalt fuq il-website interessantissima tagħkom u nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-biċċa xogħol sabieħa tagħkom. Interessanti, istruttiva u preżentata b’mod mill-aktar attraenti. Prosit! Il-Pass li jmiss, min jaf, Statwi tal-Ħagar free-standing fl-imsieraħ u t-toroq Maltin! Ikun proġett interessanti, impenjattiv u juri aspett ieħor artistiku tal-patrimonju Malti. |
|
M'għand Rachel Agius, nhar it-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007. |
|
|
|
M'għand Mario Spiteri Debono, mill-Imsida, nhar it-Tnejn, 10 ta' Settembru, 2007. |
|
Ħbieb, prosit tassew għal din il-website fuq il-kappelli Maltin. Irrid ngħid prosit ukoll lil Anthony M. Brincat li qegħed jgħinkom fir-riċerka u jikteb ktieb fuq dan is-suġġett ukoll. Ħbieb, komplu iktbu għax qegħdin tagħmlu opra kbira li tkun ta’ ġid kbir għal hafna studenti għall-proġetti tagħhom u ġiħ lill-patrimonju Malti. |
|
M'għand Joseph Chetcuti nhar is-Sibt, 8 ta' Settembru 2007 |
|
Għadni kif dħalt fil-Website u veru hija biċċa xogħol enormi u ħaqqkhom veru kull tifħir. Jien dawn l-affarijiet nissaħħar warajhom għax f'Malta u Għawdex verament għadna minjiera ta' Kappelli li ftit intuhom importanza. Jien per eżempju kont noqgħod il-Mosta qabel ma' ġejt noqgħod Ħaż-Żebbuġ u l-iktar żewġ Kappelli li jien kont narma fihom huma il-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza u il-Kappella ta' San Silvestru Papa. Żewġ Kappeli li ma jonqoshom xejn għax armati minn kollox. Verament proset immens għall din l-inizjattiva u nittama li titkompla. Awguri. |
|
M'għand Renato Zerafa, mill-Mosta, nhar is-Sibt, 1 ta' Settembru 2007 |
|
Prosit ħbieb. Nies professjonisti bħalkom li tul ġurnata twila ta' ħidma fejn tkunu qegħdin tagħtu servizz lill-pubbliku, imbagħad fil-ħin liberu tagħkom tagħtu servizz ieħor lis-socjeta' huma ftit. Kuraġġ f'ħidmitkom għax il-prodott huwa tajjeb u mistħoqq. |
|
M'għand Anthony M. Brincat, nhar is-Sibt, l-1 ta' Settembru, 2007 |
|
Għażiż Joe, ħadt pjaċir ħafna nżur din il-website ġdida fuq il-kappelli Kaltin. Ili ħafna ninteressa ruħi fuq dan is-suġġett u bħalissa qed nikteb ktieb fuq is-suġġett. S'issa ktibt fuq xi 170 kappella jew knisja żgħira li hawn f'Malta. F'Malta biss hawn xi 262 minnhom. Ngħaddi ż-żmien indur u ninvista dawn il-kappelli u nieħu ritratti. Għandi kollezzjoni ta' madwar 400 ritratt. Ħadt pjaċir li hawn ħaddieħor li jinteressa ruħu f'dan il-patrimonju kbir li għandna. |
|
M'għand Frans Cachia, minn Ħaż Żabbar, il-Ħamis, 16 ta' Awwissu, 2007. |
|
Prosit ta’ veru tmur għal min hu wara din il-biċċa xogħol daqshekk interessanti w informattiva. Naprezza ħafna ix-xogħol ta’ dan il-ġeneru, li permezz tiegħu nkomplu niskopru u nintebħu bil-patrimonju wisq sinjur li ħallewlna missirijietna f’isem il-knisja. Dan it-tip ta’ xogħol jirrikjedi riċerka u dedikazzjoni kbira u milli nista’ nara fuq din il-website żgur li qed isseħħ. Nixtieqilkom kull suċċess għall-futur. |
|
M'għand Leli Muscat, minn Birkirkara; it-Tnejn, 14 t’Awwissu 2007 |
|
Aw Ħbieb … Naħseb li se tkun site interessanti ħafna … Huwa dnub li bosta kappelli Maltin qegħdin jintesew … Awgurju, għax xogħol ġdid u bżonjuż li dħaltu għaliħ … |
|
M'għand George Stagno Navarra, President - Ghaqda ex-Studenti Liceo. Is-Sibt, 11 t’Awwissu, 2007. |
|
I am truly impressed with the quality and manner of presentation and would sincerely like to congratulate you and your team for an excellent job. |
|
M'għand Dr. Victoria Borg, mill-Awstralja, il-Ġimgħa, 10 t'Awwissu 2007 |
|
I got your email adress from the aboutmalta.com. I just visited your website and it's really informative. Well done! |
|
M'għand Philip Borg, minn Ħ’Attard, It-Tnejn, 6 t’Awwissu 2007 |
|
Proset tassew tas-site interessanti u nformattiv. Jien jinteressawni hafna dawn il-kappelli speċċjalment dawk li jinsabu wehedhom fil-kampanja. Inhobb ukoll naqra fuq il-leġġendi Maltin u Għawdxin u għalhekk ħadt gost li ktibtu wkoll leġġenda li jkollha konnessjoni mal-kappella. |
|
M'għand Carmelo Vella, mill-Mosta, Il-Ħamis, 26 ta' Lulju 2007. |
|
Prosit tassew għal dan ix-xogħol li qed tagħmlu. Jiena nteressat ħafna dwar dan is-suġġet. Issa ilni ftit mhux ħażin indur u nieħu rittratti ta’ kappelli. Għall-ewwel l-iskop kien li nagħamilhom minjaturi bit-terracotta, li għadni qed nagħmel, iżda meta bdejt indur bdiet dieħla l-kurżita għal min huma ddedikati, meta nbnew u kurzitajiet oħra u għalhekk intfajt infittex u nara kemm hawn kappelli f'Malta,Għawdex u anke Kemmuna. |
Min jixtieq jiktbilna, jista' jibgħatilna email fuq
L-aħħar tibdil sar
18 November 2008
Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008

