Qaddisin

Il-kappelli u knejjes, kemm dawk żgħar kif ukoll dawk kbar, huma minn natura tagħhom marbutin ma’ kult ta’ xi qaddis jew ieħor, jew inkella mal-figura tal-Madonna jew Ġesł taħt xi titolu jew ieħor. Iżda bħal kull ħaġ’oħra, il-poplu jista’ jieħu grazzja jew oħra ma’ xi qaddis jew qaddisa aktar minn oħrajn għal xi raġuni jew oħra. Jista’ jkunu ċirkostanzi partikolari bħalma tkun xi mxija tal-pesta, fejn titkattar il-qima lejn il-qaddisin protetturi tal-morda b’dik il-marda. Inkella jista’ jkun li f’Malta jkunu ġew xi grupp ta’ nies li jmexxu huma devozzjoni partikolari. Iżda l-fatt hu li ċerta figuri huma rappreżentati aktar minn oħrajn f’dediki ta’ knejjes, bħal ngħidu aħna, Santu Rokku, San Pawl, Santa Katerina u Santa Luċija. Dan juri li għall-poplu, dawn il-qaddisin kellhom importanza aktar minn oħrajn.

F’din is-sezzjoni ser naraw il-ħajja ta’ xi qaddisin li jidher li kienu l-aktar għal qalb il-Maltin matul iż-żminijiet kif ukoll nagħtu xi nformazzjoni mar-rabtiet li hemm bejn dawn il-qaddisin u l-kult popolari lejhom.

 

Sant’Anna

San Bażilju l-Kbir

Santa Katerina ta’ Lixandra

San Leonardu ta’ Limoges (San Anard Abbati)

Santa Luċiija ta’ Sirakuża

Santa Margerita t’Antijokja fil-Pisidja

San Mikiel Arkanġlu

Santu Rokku u l-Pesta

 

Qaddisin

L-aħħar tibdil sar
Monday, January 30, 2012
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011

BannerNew
pMyButton4
pMyButton4

 

fuq facebook

facebook logo Extra Small