Fit-triq li minn naħa tal-Knisja qadima ta' Santa Katerina (jew kif inhi magħrufa aħjar ta’ San Girgor) li tieħu għall-bajja ta' San Tumas hemm kapella fir-raħal żgħir ta' Ħal Tmin. Wieħed malajr jista' jsibha għax fit-triq hemm ħafna sinjali, iżda m'għandux jitfixkilha ma' oħra ta' San Niklaw ta' Misraħ Strejnu.


Sta Marija Hal Tmiem Zejtun 5



Ħal Tmin

Kuntrarju għal dak li ġieli ntqal, l-isem “Ħal Tmin” mhux ġej mill-fatt li dan ir-raħal ċkejken kien jinsab fi tmiem jew f’tarf il-parroċċa taż-Żejtun, iżda minn “Temim Assant”, l-isem Għarbi ta’ wieħed li kien joqgħod f’dawn l-inħawi fi żminijiet Medjevali Tardivi. Fid-dokumenti tas-seklu XV u XVI jissejjaħ “raħal timin (1498), “raħal timil” (1534), “raħal Chimin” (1538), “racal timin” (1538) u “ta’ ħal timin” (1593). Filwaqt li “Temin” hu isem personali Għarbi komuni ħafna, minn “Assant” għadu jeżisti f’Malta il-kunjom “Sant”. Mela l-isem “Ħal Tmin” jaf il-bidu tiegħu lill-qasam bil-bini fuqu ta’ bniedem b’isem Għarbi.

Sant Marija Hal Tmiem Zejtun 2Iżda aktar ma għadda żmien, aktar Ħal Tmin kien qiegħed jiġi espost għall-attakki tal-furbani Misilmin li kienu jinżlu faċilment fid-daħliet ta’ San Tumas u Wied il-Għajn, u minn hemm malajr jitilgħu lejn Ħal Tmin fejn, wara li jagħmlu ħerba, kienu jieħdu fil-jasar kull raġel Malti li kienu jaqbdu. Għalhekk in-nies ta’ Ħal Tmin bdew jibnu torrijiet biex jiddefendu rwieħhom jew għall-inqas biex ikollhom fejn jistkennu sakemm tiġihom l-għajnuna miż-Żejtun u minn bnadi oħra.

Hekk naraw lil Klement Tabone, minn Casali Pasqualino (Bisqallin) bena fl-1603 it-Torri ta’ lngraw fil-qalba ta’ Ħal Tmin. it-Torri tal-Mozz inbena fis-sena 1628, kif jidher minn kitba minquxa fuq il-bieb tiegħu. Fl-1657, il-Familja Mamo bniet it-torri li jġib l-istess isem fit-triq li mid-Daħla ta’ San Tumas tieħu għal Ħal Tmin. Fuq ix-xaqliba li tħares lejn Wied il-Għajn, viċin il-knisja ta’ Sant’Antnin, kien hemm torri ieħor li ġġarraf bil-bombi fit-tieni Gwerra Diniija. Il-preżenza ta’ dawn it-torrijiet, barra ta’ oħrajn li ma semmejniex, għal darb’oħra turi kemm iż-Żwieten kellhom għal qalbhom dawn l-inħawi tant li kienu jaraw kif jagħmlu biex jiddefenduhom kontra l-għadu.

Il-Familja Tabone

Kull komunitÓ mdaqqsa kien ikollha knisja ċkejkna jew kappella fejn in-nies kienu jaqdu d-dimirijiet tagħhom reliġjużi mill-aħjar li jistgħu. Fis-sekli XVI u XVII kienet teżisti f’Bisqallin, ir-raħal t’isfel tal-lum, il-familja għanja u rinomata Tabone.

Sta Marija Hal Tmiem Zejtun 4DiġÓ semmejna t-torri mibni minn Klement Tabone fil-bidu tas-seklu XVII. Dan it-torri li sfortunatamet ġie mġarraf biex bil-ġebel tiegħu jibnu xi kmamar fl-għelieqi, kellu kitba fuqu li tgħid ‘Clementis clementia non par dicto gigantum - TabonŠ stirpis gloriŠ honrve domus’. Dan Klement Tabone, li baqa’ jissemma għall-qlubija li wera meta l-Misilmin attakkaw liż-Żejtun fl-1614 u mbagħad bena l-knisja ta’ San Klement bħala ringrazzjament lil dan il-qaddis talli ħelsu mill-mewt f’idejn l-għadu, kien membru prominenti tal-Familja Tabone. U Tabone ukoll kien kunjom ix-xbejba Pawlina li fl-1602 iżżewġet fiż-Żejtun lin-nobbli Gaspare Testaferrata mill-Birgu, in-nannu min-naħa ta’ ommu ta’ Dun Ugolin Bonnici, il-kappillan li bena l-knisja parrokkjali preżenti taż-Żejtun.

Oriġini tal-Kappella

S Marija HalTmin lintelMembru ieħor wisq importanti tal-Familja Tabone u marbut mill-viċin ma’ Ħal Tmin kien Leonardu Tabone, li fl-1597 bena f’Ħal Tmin il-knisja ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. Is-sena 1597 tidher imnaqqxa fid-dawra tas-salib tal-Kavallieri bi tmien ponot li hemm fil-faċċata ta’ l-istess knisja. Żgur li fl-1575 din il-knisja kienet għadha mhix mibnija, għaliex Monsinjur Pietru Dusina, il-Viżitatur Appostoliku, ma semmihiex fir-rapport taż-żjara tiegħu. Ukoll, l-art fejn inbniet din il-knisja kienet ta’ Leopoldu Tabone, li magħha ħallielha biċċa art oħra u tlett quddisiet. 

Il-festa ta’ Santa Marija kienet tiġi ċċelebrata bl-Għasar u l-Quddiesa, kif kien isir ukoll nhar Santa Katerina u nhar San Leonardu. Kien hemm ukoll l-obbligu li ssir quddiesa f’kull festa tal-Madonna, jiġifieri il-Purifikazzjoni, il-Lunzjata, it-Tlugħ fis-Sema, il-Milied, il-Viżitazzjoni, il-Preżentazzjoni u l-Kunċizzjoni. Mill-Viżta Pastorali ta’ l-Isqof Balaguer fl-1659, jirriżulta li ukoll kien tħalla legat għal-tliet quddisiet letti nhar il-festa ta’ Santa Marija.

Il-Knisja minn barra u minn ġewwa

S Marija Hal Tmin tit ptgIl-knisja hija tipika taż-żminijiet tal-aħħar snin tas-seklu sittax b'għamla kubika, faċċata sempliċi u b'saqaf baxx. Il-faċċata baxxa hi mingħajr tiżjin ħlief għas-salib li diġa semmejna. Hemm ukoll iż-żewġ twieqi baxxi, waħda fuq kull naħa tal-bieb. Fuq nett hemm kampnar b'qanpiena żgħira.

Minn ġewwa l-knisja oriġinarjament kellha pjanta rettangolari b'saqaf magħmul minn xorok twal li jistrieħu fuq tliet ħnejjiet li kellhom it-truf tagħhom ingastati fil-ħajt.

Fil-knisja hemm pittura li turi l-Madonna qed tiġi mtellgħa s-Sema mill-anġli u taħt jidher il-qabar tagħha vojt.

Fuq quddiem tal-knisja hemm zuntier imdaqqas li hu mdawwar minn ħajt baxx. Fuq in-naħa ta' wara tal-knisja hemm sagristija żgħira u ġnien żgħir li fih isiru xi laqgħat ta' għaqdiet tal-parroċċa.

Il-legat taż-Żwieġ

Leonardu Tabone ħalla marbut ma’ din il-knisja legat fl-20 t’Awwissu tal-1625. F’dan il-legat hu ħalla diversi artijiet, f’Tal-Ħaida biex id-dħul tagħhom, li b’kollox kien ilaħħaq aktar minn 54 skud, somma żgur mhux żgħira fl-1625, jagħmel tajjeb għaż-żwieġ ta’ xebba fqira u twajba kull sena. Il-kundizzjoni kienet li f’sena tingħażel tfajla miż-Żejtun u s-sena ta’ wara tingħażel oħra mill-Birgu. Fis-snin fard kienet tingħażel Żejtunija u fis-snin żewġ kienet tingħażel mill-Birgu. Irridu niftakru li mart Leonardo kienet mill-Birgu u li kien jisimha Katerina.

medieval-wedding-paintingMela skont it-testment ta’ Leonardo, ix-xebba mill-Birgu kellha tiġi magħżula mill-membri tal-Fratellanza tar-Rużarju fil-Knisja tal-Lunzjata tal-Patrijiet dumnikani, u kellha tiżżewweġ fl-artal tal-Madonna tar-Rużarju fl-istess knisja, filwaqt li x-xebba Żejtunija kellha tintgħażel mill-prokuraturi tal-knisja parrokkjali taż-Żejtun u tiżżewweġ nhar il-15 t’Awwissu, festa tal-Assunta, fil-knisja ta’ Ħal Tmin. Barra minn hekk, Tabone rabal l-għarusa li għal tnax il-ġurnata qabel iż-żwieġ hi ssum u titlob għal ruħu. Parti ċkejkna mid-dħul tal-legat – 4 skudi u 7 tari – li kellhom imorru għall-ispejjeż tal-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Peress li matul is-snin id-dħul finanzjarju mill-artijiet imħollija minn Tabone żdied – “essendo aumentato il rendate” – bil-permess ta’ l-awtoritajiet ekleżjastiċi bdew jiġu bbenefikati żewġ xbejbiet flok waħda kull sena.

Il-Knisja llum

Din il-knisja ta’ Ħal Tmin damet is-snin twal tintuża min-nies ta’ dan ir-raħal ċkejken. Kienet issir quddesa kull nhar ta’ Ħadd u quddiesa kujjum fix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tal-Madonna tar-Rużarju. Kienu wkoll isiru l-eżerċizzi fi żmien ir-Randan, it-tagħlim tal-Katekiżmu lit-rfal matul is-sena, kif ukoll kultant xi konferenza minn membru tal-MUSEUM. Ġeneralment kien jinżel iqaddes xi saċerdot miż-Żejtun, għalkemm dan l-aħħar mhux l-ewwel darba li l-quddiesa saret minn xi patri Tereżjan mill-kunvent ta’ Tas-Silġ. Peress li n-nies naqsu minn Ħal Tmin, u s-saċerdoti m’għadhomx numerużi bħal qabel, ħafna minn dawn l-attivitajiet spiċċaw għal kollox.


S Marija Hal Tmin Interior



Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn saru diversi tibdiliet f’din il-knisja. Sfortunatament il-parti ta’ wara tagħha kienet soffriet xi ħsara fi-istess gwerra u meta ġiet irranġata, ma komplewx bl-istil tal-knisja bis-saqaf tax-xorok fuq il-ħnejjiet kif kienet. Minflok saret arkata li tibda mill-art u s-saqaf sar tal-konkrit.

Kien il-prokuratur Dun Ġużepp Desira li fis-snin ħamsin kabbar ftit il-knisja fuq in-naħa ta’ l-altar, u warajħ l-Arċipriet Dun Karm Farrugia irranġa l-għalqa fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja biex ikunu jistgħu isiru xi laqgħat speċjalment fil-għaxijiet tas-sajf. Fl-1960 din il-knisja tkabbret bir-riżultat li l-armonija arkitettonika tagħha tħassret għal kollox kif diġÓ għidna. Jidher li min ipproġetta dan it-tibdil ma kienx wisq intiż fil-qasam tar-restawr ta’ bini storiku u għalhekk naqas li jirrispetta l-patrimonju ta' pajjiżna bil-bidliet li wettaq. Tkun ħaġa wisq flokha li meta jsir ir-restawr li hemm maħsub għal din il-knisja dan kollu jitneħħa jew għall-anqas jitranġa u jiġi jixbaħ dak li sar fl-1597. Għandu jitneħħa wkoll il-madum u jerġa' jsiru ċ-ċangaturi tal-franka.

Mis-sittinijiet ‘l hawn l-għarfien tal-patrimonju tagħna żdied sew kif ukoll l-għerf tat-teknika biex nippreservawh. Għalhekk nittamaw li darba din il-knisja tiġi rrestawrata għal kif kienet oriġinarjament.

 Il-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Tmin
- Żejtun -

Kitba tal-Kanonku Dun Joe Abela, użata bil-permess filwaqt li d-deskrizzjoni arkitettonika hi ta' Anthony M. Brincat. Ritratti © Charles Vella u Anthony M. Brincat.

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011
 

BannerNew
pMyButton4
pMyButton4

 

Go To Page D