Sant’Anna
- Omm il-Madonna -

It-tradizzjoni tgħidilna li omm il-Madonna kien jisimha Anna, li hija l-forma Griega tal-isem Lhudi Hannah li tfisser “mimlija bil-grazzja”. Kull ma nafu dwarha ġej mill-kotba apokrifi għax fl-erba’ Vanġeli kanoniċi ma nsibu xejn dwarha. 

SantAnnaDaVinciIl-qima lejn Sant’Anna bdiet tinxtered fil-Knisja tal-Lvant anke sa mill-bidu tas-Seklu IV. L-Imperatur Ġustinjanu I, li miet fl-565 WK, kien iddedika knisja għaliha f’Kostantinopli. Fil-knisja tal-Punent, iżda, id-devozzjoni lejha ħadet spinta ‘l quddiem biss lejn l-aħħar tas-Seklu XII. Dan ġara għax il-Knisja Kattolika kienet ċaħdet il-kitbiet apokrifi bħala kitba mhux kanonika u dawn kienu s-sors prinċipali, tista’ tgħid l-uniku, ta’ nformazzjoni dwar Sant’Anna. Iżda meta Jakobus De Voragine kien inkluda l-istorja tagħha fil-ktieb tiegħu “Legenda Aurea” (c 1260), id-devozzjoni lejha fil-punent bdiet tikber ukoll. Il-Legenda Aurea kien ktieb dwar il-ħajjiet tal-Qaddisin u kien popolari ħafna fiż-żminijiet tan-nofs. 

L-istorja ta’ Sant’Anna

Il-kitbiet apokrifi li fihom insibu l-istorja ta Sant’Anna huma l-hekk imsejħin l-Evanġelu tal-Psewdo-Mattew, li ġieli wkoll jissejjaħ “Evanġelu tan-Nativitą tal-Madonna u tat-Tfulija tal-Bambin Ġesł”, u l-Protoevanġelu ta’ Ġakbu. Dan tal-aħħar għandu importanza u awtorita kbira fil-knisja tal-Lvant. Dan il-Protoevanġelu ta’ Ġakbu huwa maħsub li nkiteb madwar is-sena 160 W.K. minn kittieb Nisrani li iżda ma kienx Lhudi. 

MeetingAtGoldenGate-GiottoDawn il-kitbiet jgħidulna li l-Madonna twieldet lil koppja twajba xjuħ, Anna u Ġwakkin, wara żmien twil bla tfal u wara li kienu talbu lill-Alla biex jagħtihom tarbija. Deher anġlu kemm lill-Anna kif ukoll lill-Ġwakkin fejn qalilhom li ser ikollhom tarbija. Talabhom jiltaqgħu ħdejn il-Bieb Imdieheb, u hekk ġara. Anna ħarġet tqila u kellha bint li semmitha Miriam (Marija, il-Madonna). 

Meta Marija kellha 3 snin, il-ġenituri tagħha ppreżentawha lill-Alla fit-Tempju bħala ringrazzjament għat-twelid tagħha. It-Twelid tal-Madonna u l-Preżentazzjoni tagħha fit-Tempju huma tnejn mit-Tnax-il Festa li jiġu ċċelebrati mill-Insara Ortodossi tal-Lvant.

Spekulazzjonijiet

The_Holy_Kinship_15th_centuryHawnhekk jibda’ n-nuqqas ta’ qbil u spekulazzjonijiet bejn it-teoloġi tal-qedem. Ġwanni ta’ Eck ta’ Ingolstadt isemmi wkoll l-ismijiet tal-ġenituri ta’ Sant’Anna (Stollanus u Emerentia) fi priedka tal-1579. Oħrajn bħal Gerson jgħidu li Sant’Anna kienet miżżewġa tlett darbiet, jiġifieri lill-Ġwakkin li minnu kellha l-Madonna, imbagħad lil Kleofas, li minnu kellha lil Marija “ta’ Kleofas” u fl-aħħar nett lil Salomas, li minnu kellha l-Marija “ta’ Salomae”. Iżda fis-Seklu XVI Baronius u Bellarmine ċaħdu dan u sostnew li Sant’Anna kienet miżżewġa darba biss lil Ġwakkin. Ta’ min jinnota li jekk Sant’Anna u San Ġwakkin ma kellhomx tfal għax kienu koppja anzjani skont il-kotba apokrifi li semmejna, allura tidher ftit stramba li Sant’Anna setgħet iżżewġet darbtejn oħra wara l-mewt ta’ San Ġwakkin u li kellha tfal oħrajn ukoll. Iżda dan huwa kollu spekulazzjoni li ċertament ma jqarribna xejn lejn dik li tista’ tkun il-veritą. Minkejja dan, artisti tal-qedem kienu jpinġu l-“Familja Qaddisa estiża” ta’ Ġesł bbażata fuq dawn l-ispekulazzjonijiet. Jista’ jkun ukoll li f’dawn it-tradizzjonijiet, Anna qed tkun imxebbħa ma’ omm il-profeta Samuel, li wkoll kien jisimha Hannah, u li wkoll kellha ‘l Samuel fi xjuħitha. Omm Samuel inagħtat il-fertilitą bħala rigal talli ppreżentat il Samuel u tagħtu għall-qadi lill-Alla fit-Tempju u kellha tfal oħrajn ukoll wara Samuel. Din it-tixbieħa tista’ teoloġikament torbot lil-Madonna ma’ persunaġġ importanti Bibbliku, Samuel, li kien għamel ħafna profeziji dwar Ġesł.

stanneconceivingthevirgex2
Kitbiet oħrajn, bħall-kalendarju (Menologion) Grieg jirreferi għal omm u missier Sant’Anna bħala Maria u Mathan u jgħid li Salome u Eliżabbetta (omm Ġwanni l-Battista) kienu t-tfal taż-żewġ aħwa ta’ Sant’Anna.

Spekulażżjoni miċħuda mill-Knisja kienet dik ta’ xi kittieba, fosthom Ephiphanius fir-raba’ seklu, li kienet isostni li Sant’Anna kkonċepiet ‘l Madonna mingħajr ħtieġa ta’ raġel. Kittieba oħrajn, bħal Imperiali fis-Seklu XV, saħansitra sostnew li Sant’Anna baqgħet verġni kemm fit-tnissil kif ukoll fit-twelid tal-Madonna. Dan ġie miċħud mill-Knisja Rumana permezz tal-Papa Benedettu XIV fl-1677. Il-Knisja tal-Lvant ukoll tiċħad din it-teżi.

Il-Kult ta’ Sant’Anna fl-Ewropa

Hemm ħafna stejjer ta’ kif xtered il-kult ta’ Sant’Anna fl-Ewropa. L-Uffiċju ta’ Sant’Anna kien miktub minn San Teofanu, li miet fit-817 WK, iżda jeżistu wkoll biċċiet tal-istess Uffiċċju li huma maħsubin li nkitbu minn Anatolius ta’ Biżanzju li kien miet fl-458 WK. Il-festa ta’ Sant’Anna, fil-Knisja tal-Lvant, tiġi ċċelebrata nhar il-25 ta’ Lulju liema data tista’ tirrapreżenta jew id-dedikazzjoniu tal-ewwel knisja f’ġieħha f’Kostantinopli jew inkella d-data tal-wasla tar-relikwi tagħha f’Kostantinopli fis-710 WK. Dawn ir-relikwi kienu għadhom jinżammu fil-knisja ta’ Santa Sofia ta’ Kostantinopli almenu sal-1333.

Apt-in-the-Luberon-the-Cathedral-of-St.-Anne_album_thumbMill-banda l-oħra, il-Franċiżi għandhom tradizzjoni li l-korp ta’ Sant’Anna nġieb f’Apt fi Franza mill-Maddalena, Lazzru, Marta u dixxipli oħra ta’ Kristu li qasmu għall-Ewropa biex ixerrdu l-Vanġelu. Aktar tard dan il-korp inħeba ġo għar minn San Awspiċju (miet fit-398 WK), Isqof, sabiex ma jaqax f’idejn il-Barbari li kienu ħakmu l-inħawi. Dan il-korp reġa’ nstab fi żmien l-Imperatur Karlumanju u aktar tard fl-1664 ittieħed fil-kappella Sainte Anne d’Auray. Ir-ras tal-qaddisa iżda kienet miżmuma f’Mainz sal-1510, meta kienet insterqet u ttieħdet lejn Düren fil-Ġermanja.

luteruId-devozzjoni lejn Sant’Anna fil-Ġermanja u l-pajjiżi Nordiċi xterdet l-aktar lejn tmiem is-seklu ħmistax u l-bidu tas-seklu sittax. Ir-reliġjużi Ġermaniżi u Fjammingi ta’ dik l-epoka xerrdu l-kult tagħha fil-pajjiżi Ġermaniċi b’mod aktar qawwi tant li ġabuha ftit biss anqas fl-importanza mill-Madonna nnifisha. Luteru stess, li kien figura ewlenija fil-Protestanteżimu Ewropew, insibu li kien iqim ir-relikwi tal-qaddisa fil-belt tiegħu ta’ Eisleben meta kien għadu tifel. Insibuħ ukoll jagħmel wegħda lil-Sant’Anna meta kien żagħżugħ waqt maltempata qawwija bir-ragħad. Hu kien wegħedha li jekk teħislu mill-maltempata, hu kien jidħol patri – u hekk għamel u daħal mal-Agostinjani. Iżda aktar tard, Luteru nnifsu beda jiddubita l-“mirakli” li kienu jiġu attribwiti lill-qaddisa u gerger kontra l-importanza żejda li kienet tingħata din il-qaddisa. Virginia Nixon, fi studju tagħha, tgħid li l-appell li kellha din il-qaddisa għall-komunitajiet monastiċi, konfraternitajiet u għan-nisa tal-klassi tan-nofs fi żmien il-Medjuevu tardiv jista’ jkun attribwit għall-fatt li Sant’Anna setgħet tiġi proġettata bħala “mara mudell” aktar realistika għan-nisa tal-epoka medjevali, speċjalment għall-ommijiet u għan-nisa xjuħ peress li kienet differenti ferm minn qaddisin nisa oħrajn li kważi kienu kollha jkunu verġni u martri. Dan, flimkien ma’ prattiċi oħrajn fosthom dik ta’ bejgħ ta’ statwi, pitturi u interess fir-relikwi kif ukoll il-kontroll kważi assolut li l-knisja kellha fuq il-lajċi, għenu fit-tixrid tal-kult ta’ din il-qaddisa u ta’ ħafna qaddisin oħrajn.

150px-Urbanus_VIPittura ta’ Sant’Anna tat-tmin seklu, ta’ stil Biżantin, instabet fil-knisja ta’ Santa Maria Antiqua ġo Ruma riċentament u dan jindika li għalkemm mhux daqstant mifruxa fil-knisja tal-Punent madwar is-seklu tmienja, xi forma ta’ devozzjoni lejha diġą kien hemm. Il-festa tagħha, skont il-Kalendarju tal-Punent, issir fis-26 ta Lulju u ilha ssir f’lokalitajiet fl-Ewropa bħal f’Douai sa mill-1291. Hawnhekk in-nies tqim riġel li tqisu bħala reliwka ta’ Sant’Anna. 

Il-festa ta’ Sant’Anna ġiet introdotta fl-Ingilterra mill-Papa Urbanu VI fl-1378 u ġiet estiża għall-Knisja Kattolika Latina kollha fl-1584.

Patruna u Ikonografija

Ambrosius Benson VirginAndChildAndStAnneSant’Anna hija patruna ta’ għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja, fosthom il-Kanada u Franza kif ukoll ta’ bliet u reġjuni madwar id-dinja fosthom Marsascala f’Malta u Quebec fil-Kanada. Sant’Anna hi patruna wkoll tal-mastrudaxxi, nies bla tfal, sewwieqa taż-żwiemal, nanniet, nisa tad-dar, ta’ dawk li jaħdmu l-bizzilla, ta’ ħwejjeġ mitlufin, ta’ min jaħdem fil-minjieri, tal-ommijiet, tal-foqra, tat-tqala u ta’ min ikun ser iwelled u ta’ dawk li jagħmlu u jbiegħu il-ħwejjeġ.

Fil-pittura ġeneralment naraw ‘l Sant’Anna jew mal-Madonna weħida, waqt li tkun qed taqralha l-Bibbja jew inkella ġieli jkun hemm il-Bambin ukoll. Pitturi oħra jirrafigurawha ma’ San Ġwakkin jew waqt it-tieġ tagħhom jew waqt il-laqgħa tagħhom ħdejn il-Bieb Imdiegħeb. Il-pitturi ta’ Sant’Anna, il-Madonna u l-Bambin flimkien kienu ġeneralment jissejħu “Anna Selbdritt”, li tfisser “Anna t-tielet waħda”. Dawn l-“Anna Selbdridt” kienu popolari ħafna fil-Medju Evu tardiv, l-aktar fil-pajjiżi Nordiċi, u t-tlett figuri kienu jitqiegħdu f’pożizzjonijiet varjati. 

16080-the-holy-family-with-st-catherine-jusepe-de-riberaMinn wara l-1520, Sant’Anna bdiet tiġi rrafigurata bħala persuna aktar xwejħa u kienet tiġi mitfuha aktar fil-partijiet mudlamin tal-pittura biex tingħata anqas prominenza. Kultant kienu jiżdiedu xi qaddisin oħrajn bħalma ngħidu aħna fil-pittura ta’ Ribera, fejn apparti s-Sagra Familja li naturalment tinkludi ‘l San Ġużepp, tidher ukoll Santa Katerina b’ċerta prominenza. Sant’Anna mbagħad tidher f’parti mdallma fuq in-naħa ta’ wara fix-xellug. Kif diġą għidna, xi pitturi oħrajn juru ‘l Sant’Anna bħala figura fil-“Familja Qaddisa estiża” ta’ Ġesł.

Is-simbolu ta’ Sant’Anna huwa l-ktieb, li jirrapreżenta l-Bibbja u għalhekk, jissimbolizza t-tagħlim tal-Bibbja li Sant’Anna kienet tagħti lill-Madonna.

Il-festa ta’ Sant’Anna tiġi ċċelebrata fis-26 ta’ Lulju fir-Rit Ruman u fil-25 ta’ Lulju fil-Knejjes tal-Lvant.

Kult ta’ Sant’Anna f’Malta

SantAnnaFortStAngelo0125Sant’Anna hija popolari sew fost il-Maltin u l-Għawdxin. Jeżistu għadd ta’ knejjes iddedikati lilha. Hemm sebgħa minn dawn li jinsabu fiż-Żebbiegħ (l-Imġarr, Malta), fid-Dwejra (San Lawrenz, Għawdex), fil-Qrendi, f’San Pawl il-Baħar (fil-Pwales), f’Wied il-Għajn (il-Parroċċa l-Qadima), fil-Belt Valletta u fil-Birgu (fil-kastell Sant’Anġlu). Ħafna knejjes parrokkjali għandhom ukoll xi altar laterali ddedikat lilha. Jeżistu wkoll għadd ta’ statwi fit-toroq ta’ Malta u Għawdex iddedikati lil Sant’Anna, jew mal-Madonna jew ma’ San Ġwakkin. 

Hawn 10 toroq, 4 pjazzez jew pjazzetti u 2 sqaqien imsemmijin għal Sant’Anna, 16 b’kollox. Dawn jinsabu kollha f’Malta hekk: 3 f’Ħ’Attard, 2 fil-Floriana, 2 f’Marsaskala, 2 fil-Qrendi u wieħed kull wieħed fil-Ħamrun, fl-Isla, fil-Belt Valletta, fil-Mellieħa, fl-Imġarr, f’Tas-Sliema u fil-Mosta.

75px-Marsascala_coatDari f’Malta f’jum Sant’Anna (26 ta’ Lulju) kienu joħorġu s-suf tan-nagħaġ sabiex jaħsluh bi tħejjija biex jintuża fis-saqqijiet u għall-insiġ. Jista’ jkun li dan ix-xogħol kien jitħalla għal din il-ġurnata peress li fis-sħana li normalment taħkem f’dawn il-ġranet, is-suf seta’ jitnixxef sew u malajr.

Qawl Malti antik ukoll ifakkar il-festa ta' Sant'Anna. Dan jgħid: "Bejn Sant'Anna u Santa Vendra t-tin jibda jbexxaq fommu." Peress li l-festa ta’ Sant’Anna tiġi jum biss qabel dik ta’ Santa Venera, li taħbat fis-27 ta’ Lulju, il-qawl ifakkarna li fi ftit ħin ieħor issa nkunu nistgħu naraw it-tin misjur u tajjeb biex jittiekel.

Sant’Anna hi patruna tal-ommijiet u ta’ dawk li jkunu ser isiru ommijiet. Fl-antik, l-aktar fl-irħula, kienu jixegħlu xemgħa lil Sant’Anna meta mara tkun waslet jew qiegħda twelled sabiex ikollha ħlas tajjeb.

Sant’Anna tissemma’ wkoll f’numru ta’ taqbiliet antiki Maltin. Tnejn minnhom ifakkruna r-relazzjoni li kellha Sant’Anna ma’ Ġesł Bambin:

jew

12754-the-virgin-and-child-with-st-anne-leonardo-da-vinci



Kitba © Noel Ciantar; Ritratti mill-Internet

 

L-aħħar tibdil sar
Monday, January 30, 2012
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011

BannerNew
pMyButton4
pMyButton4

 

fuq facebook

facebook logo Extra Small