Il-Programm - Intervisti
L-Ewwel Skeda: Ħarifa 2007

L-Ewwel Skeda - Ħarifa 2007

Link

Intervista

Noti fuq is-suġġett

Programm
numru 12
31/12/2007

Martin Gravina

ICON_z_MIKE02

F’din l-intervista Martin ikellimna fuq kif oriġinaw il-kappelli, u kif dawn minn kappelli fl-għerien inbidlu għal dawk li nafu llum. Naraw ukoll kif matul ċertu perjodi bħal meta konna taħt l-Ordni ta’ San Ġwann xi żviluppi saru fil-kappelli ta’ dak iż-żmien.
 

Programm
Numru 11
17/12/2007

 

Michael Bonnici

ICON_z_MIKE02

Fl-intervista jgħidilna tagħrif storiku fuq il-Kappella ta’ Santu Rokku. Isemmi x-xogħol ta’ restawr li sar fiha, proċess li jinvolvi ħafna xogħol speċjalment qabel isiru l-interventi, biex kemm jista' jkun tinżamm fl-istat oriġinali tagħha.
 

Programm
Numru 10
03/12/2007

 

Martin Galea

ICON_z_MIKE02

F’din l-intervista naraw l-għanijiet ta’ Din l-Art Ħelwa, ix-xogħol li wettqet u li għadha twettaq llum. Nidħlu fid-dettal fuq ix-xogħol ta’ restawr tal-kappelli ta’ Bir Miftuħ u ta' Ħal Millieri.
 

Programm
Numru 9
26/11/2007

 

Prof. Mario Buhagiar

ICON_z_MIKE02

F’din l-intervista nidħlu fid-dettal fuq it-teoriji ta’ kif oriġinaw il-kappelli f’pajjiżna, u l-influenzi li kien hemm fir-rikristjanizazzjoni ta’ Malta mill-patrijiet monaċi ta’ San Bażilju.

Programm
Numru 8
19/11/2007

 

Pierre Cassar

ICON_z_MIKE02

Jgħidilna fuq l-aġenzija nazzjonali Heritage Malta li tieħu ħsieb l-wirt storiku tagħna l-Maltin minn tempji megalitiċi, sa mużewijiet.
 

Programm
Numru 7
12/11/2007

 

Joseph Muscat

ICON_z_MIKE02

Jispjega fid-dettall x’inhuma dawn il-kwadri Ex-voto li nsibu f’ħafna Santwarji Marjani, għalfejn kienu jsiru, fejn inibu l-iktar minnhom, u min kien jagħmilhom.
 

Programm
Numru 6
05/11/2007

 

Guido Lanfranco

ICON_z_MIKE02

Jkellimna fuq il-leġġendi li huma marbutin mal-kappelli, fejn jsemmi ħafna leġġendi kemm li huma magħrufin, kif ukoll oħrajn inqas magħrufa.
 

Programm
Numru 5
29/10/2007


 

Perit Norbert Gatt

ICON_z_MIKE02

Jagħtina ħafna nformazzjoni fuq x-xogħol ta’ restawr, x’jinvolvi, kif isir, u aspetti oħra interessanti fil-preservazzjoni tal-kappelli tagħna.
 

Programm
Numru 4
22/10/2007

 

Tony Terribile

ICON_z_MIKE02

Fl-intervista jissemmew il-visti pastorali li huma minjiera ta’ informazzjoni fuq knejjes u kappelli li nsibu f’pajjiżna. Jissemmew ħafna knejjes u kappelli b’mod kronoloġiku kif dawn inbnew.
 

Programm
Numru 3
15/10/2007

 

Fr. Charles Vella

ICON_z_MIKE02

Jidħol fid-dettal ukoll fuq is-suġġett tal-konservazzjoni tal-pitturi u affarjiet oħra li nsibu fil-knejjes tagħna.
 

Programm
Numru 2
08/10/07

 

Kilin
(Mikiel Spiteri)

ICON_z_MIKE02

Jitkellem fuq dan kollu u jgħid kif nibtet l-imħabba tiegħu lejn il-kappelli, filwaqt li jirrakonta diversi stejjer fuq meta kien imur idurhom biex ipinġihom.

Programm
Numru 1
01/10/07

 

Pawlu Catania

ICON_z_MIKE02

Jitkellem fuq aspetti bħal minn fejn issib informazzjoni fuq il-kappellii.
 

L-aħħar tibdil sar
25 December 2008
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008

 

www.apsbank.com.mt

BannerNew
ilovebooks_logo-SMALLBANNER

Kompetizzjoni bi premju sponsorjata minn
www.ilovebooks.com.mt

angel1gif
bells_2
pMyButton4
pMyButton4