KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

  Dikjarazzjoni ta’ Privatezza,
  Disclaimer, Dritt tal-Awtur u
  Kuntatt.

WEB_Dritt tal-Awtur

Dikjarazzjoni ta’ Privatezza (Privacy Policy)

Grazzi talli ġejt iżżur dan is-sit.

Dan is-sit ma jiġborx informazzjoni personali fuq min iżuru u għaldaqstant hu konformi mad-Data Protection Act tal-2001. L-unika data li tinġabar huwa n-numru ta’ viżitaturi ta’ dan is-sit.  Din id-data hi miġbura b’mod anonimu.

Jekk qatt xi darba tibgħat email, l-email tiegħek mhux ser jingħata jew jinbiegħ lil ħaddieħor. Iżda jekk tikkuntatjana bl-email għal xi raġuni, l-email tiegħek inqiegħduh fuq il-mailing list tagħna u nibgħatulek notifika ta’ kull meta nżidu xi artiklu fis-sit tagħna li ġeneralment ikun darba f’xahar.

Jekk inti f’xi ħin tkun trid li nneħħuk minn fuq il-mailing list tagħna, kulma trid tagħmel hu li tiktbilna u tinfurmana.

Il-mailing list qatt ma nużawha biex nagħmlu propaganda jew reklam għal xi avveniment li jinnotifikawna bih soċjetajiet jew persuni terzi, sakemm ma jkunx avveniment ta’ interess relatat u straordinarju jew ta’ natura nazzjonali. Id-deċiżjoni dwar dan hi tas-sidien ta’ dan is-sit u hi finali.

 

Disclaimer

Il-propjetarji ta’ dan is-sit jagħmlu kull sforz biex ikunu preċiżi u eżatti fl-informazzjoni fuq din il-website imma ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kwalunkwe preġudizzju, telf jew ħsara li tista' sseħħ mill-użu tal-informazzjoni.

Il-propjetarji ta’ dan is-sit ma jipprovdux kontroll ta' kwalità ta' links esterni. L-inklużjoni ta' xi isem ta' kumpanija, soċjetà jew negozju fi ħdan il-paġni m'għandhiex tinftiehem bħala rakkomandazzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi ta' dik il-kumpannija, soċjetà jew dak in-negozju.

Jekk sibt xi ħaġa f’dan is-sit li tħoss li m’għandiex tkun hemm għax mhix f’lokha, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Jekk sibt xi ħaġa li teħtieġ korrezzjoni għax mhix eżatta, jekk jogħġbok ikkuntattjana wkoll u nkunu grati lejk. Il-kummenti tiegħek huma apprezzati ħafna u mixtieqa.

 


 

Copyright, Dritt tal-Awtur fuq Propjeta Artistika u Intelletwali

Dan is-sit iżomm id-dritt tal-awtur (copyright © ) fuq kull materjal, awdjo, grafiku (kemm ritratti kif ukoll video) u kitba li hawn f’dan is-sit kif ġej:

Is-sidien ta’ dan is-sit huma Noel Ciantar u Roderick Busuttil, li għandhom id-dritt tal-awtur ta' kull materjal fuq dan is-sit li mhux attribwit għal xi awtur ieħor.
 
Id-dritt tal-awtur tal-materjal kollu minn kontibuturi li mhumiex is-sidien ta’ dan is-sit jibqa’ tal-kontibutur oriġinali u ma jistax jintuża għall-ebda raġuni jekk mhux bil-permess espliċitu tal-awtur oriġinali nnifsu.
 
Ir-ritratti u l-materjal tal-kitba f’dan is-sit, attribwit lis-sidien ta’ dan is-sit jista’ jintuża biss għal skopijiet mhux kummerċjali, jiġifieri għal skopijiet ta’ natura personali u edukattivi. Dan il-materjal f’dan is-sit jista’ jiġi biss downloaded u wżat fil-forma li qiegħed jidher fiha f’dan is-sit u bl-ebda mod ma jista’ jiġi alterat, sakemm mhux sakemm mhux bil-permess espliċitu tas-sidien tas-sit jew tal-dritt tal-awtur oriġinali.
 
L-ebda ħlas ma jista’ jintalab jew jiġi aċċettat minn dawk li jużaw dan il-materjal għall-iskopijiet semmew. Kull ritratt, awdjo, video jew kitba użata għandha tiġi attribwita lil dan is-sit (www.kappellimaltin.com). Napprezzawha ħafna li jekk jintuża xi materjal minn dan is-sit kif imsemmi hawn niġu nformati.
 
L-awdjo tal-programmi, f’forma ta’ WMA jew MP3 ma jistax jerġa’ jiġi mxandar għall-ebda raġuni jekk mhux bil-permess espliċitu tas-sidien tad-dritt tal-awtur.
 
L-awdjo tal-intervisti tal-programm “Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar” ma jistgħux jerġgħu jixxandru, għajr mill-istazzjon Radju Marija, li kien xandar il-programm l-ewwel darba.
 
Id-dritt tal-awtur għall-Web Design ta’ dan is-sit hu tal-Webmaster, Noel Ciantar.
 
Id-dritt tal-awtur f’kull każ jaqa’ taħt u huwa kopert mill-Copyright Act, mill-liġijiet ta’ Malta u regoli Internazzjonali. Fejn m’intix ċert dwar għandekx dritt tuża materjal minn dan is-sit, jekk jogħġbok ikkuntatjana (ara l-indirizzi elettroniċi aktar ‘l isfel).

Ikkuntattjawna

Jekk tixtieq tikseb permess biex tuża materjal minn dan is-sit għal skopijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel, jekk jogħġbok agħmel talba formali billi tiktiblna fuq wieħed minn dawn l-indirizzi li ġejjin:

Il-Webmaster, Is-sur Noel Ciantar

 webmaster@kappellimaltin.com

Is-sur Roderick Busuttil

 roderickbusuttil@kappellimaltin.com

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com