Ikteb lil:

banner

Merħba lilkom fis-sit tagħna

Meta wieħed idur u jgħarrex madwar il-gżejjer tagħna, apparti t-tempji l-kbar, insibu wkoll ammont kbir ta’ kappelli u knejjes żgħar imxerdin ma’ Malta kollha. Wieħed isib dawn il-kappelli kemm fiċ-ċentri kif ukoll fit-truf ta’ l-irħula, fil-kampanja, u wkoll fl-inqas postijiet li tistenniehom bħal f’widien, għoljiet, f’għerien li mhux faċli tilħaqhom u saħansitra f’xifer l-irdum.

L-għan ta’ dan is-sit huwa li jagħti informazzjoni u jżid l-apprezzament ta’ dawn il-kappelli u knejjes żgħar. Sa ftit snin ilu konna naraw ħafna kappelli u knejjes tal-kampanja mitluqin, kważi waslu biex jaqgħu. Illum hawn moviment sħiħ ta’ restawr ta’ ħafna minnhom. Wieħed jieħu gost jara kappelli li wara li ġew restawrati, reġgħu ġew fl-istat oriġinali tagħhom. F’dan is-sit issibu informazzjoni fuqhom, xi leġġendi ħelwin li nsibu marbutin magħhom, kif ukoll ritratti li juru l-ġmiel, fis-sempliċità tagħhom.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem,

Id-Direzzjoni.
 

Ħbieb il-Kappelli Maltin

XhemmGdid2

24 ta’ Jannar 2012

Attivitajiet: Attivitajiet għal Jannar 2012; Downloads: 4 artikli li dehru f’gazzetti diversi minn Ottubru 2011 ‘l hawn; Editorjal: L-għaqda Ħbieb il-Kapelli Maltin.

Aktar tard din il-ġimgħa ser intella’
artiklu dwar kappella oħra.


 

fittex fis-sit www.kappellimaltin.com

 

Fl-1980 kont għadni ġuvni u sifirt għall-ewwel darba sa Londra. Kont diġà dilettant tal-istorja u fit-tieni ġurnata taż-żjara tiegħi erħejtilha għall-British Museum. Kien hemm esebizzjoni ta’ ħwejjeġ mill-Babilonja tal-qedem ta’ żmien ir-Re Nebuchadnezzar. F’waħda mis-swali l-kbar kien hemm, waħedha esebita bi prominenza li jixirqilha fin-nofs, ir-“Rosetta Stone”, tavla sewda tal-ġebel ta’ żmien l-Eġizzjani li kien fiha kitbiet bi tlett lingwi, fosthom il-lingwa tal-Babilonja. Permezz ta’ din it-tavla, li kienet instabet mill-armata ta’ Napuljun fil-kampanja tan-Nil, l-istudjużi setgħu jibdew jittraduċu l-lingwa tal-Babilonja li qabel ħadd ma kien iddeċifraha.

L-effett li din l-imbierka tavla għamlet fuqi x’ħin rajtha kien tassew qawwi. Kont naf biha biss mill-qari u mill-istampi – u issa kienet hemm quddiemi, naraha b’għajnejja stess. Oġġett li qabel kien xi ftit jew wisq astratt, issa kien ħa għamla u sura f’għajnejja.
 

update005

HbiebLogoF’dan is-sit qed nagħtukom ħafna nformazzjoni u ritratti ta’ ħafna kappelli li għandna madwar Malta u Għawdex (għalkemm kultant ikolli nammetti li dan jiġi naqra bis-sulluzzu…). Iżda kultant jasal iż-żmien ukoll li l-kitba u r-ritratti biss ma jkunux biżżejjed u nkunu rridu naraw b’għajnejna b’mod dirett dak li nkunu qrajna f’dan is-sit għax il-kurżità tal-bniedem hi bla qiegħ.

Għal dan l-għan, bħalma ħafna minnkon jafu, fl 24 t’Ottubru li għadda twaqqfet l-għaqda Ħbieb il-Kappelli Maltin sabiex tkun tista’ torganizza attivitajiet biex jiżdied l-għarfien ta’ dawn il-kappelli. Diġà saru żewġ ħarġiet fejn dorna mal-kappelli ta’ Ħal Balzan u Ħaż-Żebbuġ u nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar fil-Kappella ta' San Pawl f'Ħ'Attard ser issir ukoll taħdita nteressanti. Ċertament, il-kappelli tagħna mhumiex ir-Rosetta Stone iżda l-impatt li għadhom fuq il-wirt kulturali tagħna huwa kbir u mhux ta’ min iwarrbu.

Min jixtieq jissieħeb membru f’din l-għaqda għandu ħafna benefiċji, fosthom ikun infurmat bl-attivitajiet minn kmieni u jinagħta preferenza fuq dawk li mhux membri fil-ħarġiet li jiġu organizzati li, minn natura tagħhom, jesiġu limitu f’dawk li jattendu. U fuq kollox, isservi ta’ ħarġa u wieħed jiltaqa’ ma’ nies interessati u jifhmu fl-istorja ta’ Malta.

Għalhekk, jekk trid tissieħeb f’din l-għaqda, ikteb lis-Segretarju is-Sur Joseph Brincat fuq hbieb@kappellimaltin.com jew fl-indirizz postali c/o 98, Triq Dun Gaetano Mannarino, Birkirkara BKR 9085 u ma jiddispjaċikx. 

facebook logo SMALL
Għal min juża l-Facebook, jista’ jagħfas hawn.



Id-Direzzjoni
 

L-aħħar tibdil sar
Thursday, January 26, 2012
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007 - 2011

BannerNew
pMyButton4
pMyButton4

 

fuq facebook

facebook logo Extra Small