Qed ninkludu din il-paġna ta' attivitajiet bl-għajnuna tas-Sur Joseph Chetcuti li qed jgħaddilna l-informazzjoni. Is-Sur Chetcuti jippreżenta l-programm “Marċi u Bandalori” fuq Radio 101 kull nhar ta’ Ħadd mit-8.15am sad-9.30am.
Ħafna drabi, dawn il-kappelli u knejjes żgħar jinfetħu biss jew nhar il-festa jew b'permess speċjali tal-kuratur tagħhom. Għalhekk qed nagħtukom din il-lista sabiex min irid jinviżtahom u jarahom minn ġewwa jkun jista' jagħmel hekk nhar il-festa tagħhom mingħajr ħafna xkiel.
Għalkemm id-Direzjoni ta’ dan is-sit tagħmel kull sforz biex tagħti informazzjoni korretta u preċiża, jista’ jkun li d-dati tal-attivitajiet jinbidlu jew saħansitra jitħassru ħesrem mingħajr ma niġu nfurmati.
Għalhekk nirrakkommandaw li qabel ma wieħed jattendi għal xi attivitą imniżżla hawn, jikkonferma l-informazzjoni li qed nagħtu aħna ma’ sorsi oħrajn, preferibbilment sorsi diretti bħalma huma l-kappillani tal-parroċċi rispettivi jew l-organizzaturi tal-attivitajiet imniżżlin hawn taħt.
|