KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

BlueRadio - minn Wikipedia

Skeda 1

Skeda 2

Skeda 3

Oħrajn

Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar


Dan is-sit oriġinarjament inħoloq biex jikkumplimenta il-programm tar-radju "Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar", li kien jixxandar fuq l-istazzjon Radju Marija bejn is-snin 2007 u 2008.  Il-programm kellu forma sempliċi:  tagħrif dwar żewġ kappelli differenti u bejniethom kienet issir intervista lil xi perusna intiża fis-suġġett.

Kien hemm 12-il-programm fl-iskeda tal-Ħarifa tal-2007, 13-il programm fl-iskeda tax-xitwa 2007/2008 u 12-il programm ieħor fl-iskeda tar-Rebbiegħa 2008.

Il-kitbiet dwar il-kappelli, ma’ ħafna oħrajn u tagħrif ieħor relatat, issibuhom f’dan is-sit. 
 

L-intervisti qed intellgħuhom hawn ‘dawn il-paġni bħala awdjo għax apparti li mhux faċli taqlibhom fi traskrizzjoni miktuba, dan itellef ħafna mill-ispirtu u l-ispontanjetà tal-intervista nnifisha.  Kien hemm 28-il-persuna li tawna intervista – uħud minnhom għal aktar minn darba.  Uħud oħrajn, fosthom Mikiel Spiteri magħruf bħala Kilin, m’għadhomx magħna.

Ma nistgħux ma ngħidux grazzi mill-qalb lil kull min għena b'xi mod jew ieħor. M'aħniex ser insemmuhom hawn iżda jissemmew b'isimhom fil-paġna tar-referenzi.

Ta’ min jgħid ukoll li r-rapport tal-Awtorità tax-Xandir li kien ikopri bejn Jannar u Marzu tal-2008 wera li l-programm "Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar" qed jinżel tajjeb ħafna mas-semmiegħa. 

Wera li kellu udjenza ta’ madwar 6000 persuna li jfisser madwar wieħed kull ħamsa (20%) ta’ kull min kien qed jisma’ r-radju dak il-ħin tal-programm.

Ir-rapport sħiħ tas-Survey tal-Awtorita tax-Xandir jista' jitniżżel minn hawn:
http://www.ba-malta.org/prdetails?id=124

 

 

 

Il-Programm "Mat-Tokki ta' Qniepen Żgħar" kellu Direzzjoni u Produzzjoni ta’ Joe Brincat u Roderick Busuttil.
 

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com