Ikteb lil:

 

Viżitatur numru:

banner


Ara x'hemm ġdid għal din il-ġimgħa (18/11/08) 
 

Merħba lilkom fis-sit tagħna

Meta wieħed idur u jgħarrex madwar il-gżejjer tagħna, apparti t-tempji l-kbar, insibu wkoll ammont kbir ta’ kappelli u knejjes żgħar imxerdin ma’ Malta kollha. Wieħed isib dawn il-kappelli kemm fiċ-ċentri kif ukoll fit-truf ta’ l-irħula, fil-kampanja, u wkoll fl-inqas postijiet li tistenniehom bħal f’widien, għoljiet, f’għerien li mhux faċli tilħaqhom u saħansitra f’xifer l-irdum.

L-għan ta’ dan is-sit huwa li jagħti informazzjoni u jżid l-apprezzament ta’ dawn il-kappelli u knejjes żgħar. Sa ftit snin ilu konna naraw ħafna kappelli u knejjes tal-kampanja mitluqin, kważi waslu biex jaqgħu. Illum hawn moviment sħiħ ta’ restawr ta’ ħafna minnhom. Wieħed jieħu gost jara kappelli li wara li ġew restawrati, reġgħu ġew fl-istat oriġinali tagħhom. F’dan is-sit issibu informazzjoni fuqhom, xi leġġendi ħelwin li nsibu marbutin magħhom, kif ukoll ritratti li juru l-ġmiel, fis-sempliċità tagħhom.

Biex jgħina naslu għal dan l-għan, qiegħdin nagħmlu stħarriġ sempliċi tal-opinjoni tagħkom permezz ta' Poll kull tant żmien. Intom tistgħu tgħinuna billi tipparteċipaw regolarment f'dan l-istħarrig. Imbagħad, fuq ir-riżultati miksubin aħna nkunu nistgħu intejbu l-prodott li qed noffrulkom sabiex dan ikun aktar effettiv.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem,

Id-Direzzjoni.

Stħarriġ ta’ qabel

10000Visitor

Il-kappella li għażilna għall-kompetizzjoni kienet dik ta’ San Gejtanu, f’Marsaskala. Ir-ritratt kien ta’ Fr. Martin Micallef. Kellna 20 risposta li 18 minnhom kienu tajbin. Nirringrazzjawkom tal-interess

Ir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni huija s-Sinjorina Daniela Sultana.

Nifirħu lis-Sinjorina Sultana talli rebħet il-ktieb ta’ Kilin "A hundred Wayside Chapels of the Maltese Islands" ġentilment mogħti lilna mid-ditta www.ilovebooks.com.mt. Aħna bagħtnilha email bi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġbor il-ktieb li rebħet.

Aktar ‘l quddiem, għandna kompetizzjoni oħra mħejjija biex intellgħu fuq dan is-sit.


Id-Direzzjoni
 

Dalwaqt: Kompetizzjoni oħra

ilovebooks_logo-MEDIUMBANNER

L-aħħar tibdil sar
18 November 2008
 

Sit mibni minn
Noel Ciantar
© 2007, 2008

 

www.apsbank.com.mt

BannerNew
ilovebooks_logo-SMALLBANNER

Kompetizzjoni bi premju sponsorjata minn
www.ilovebooks.com.mt