KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

Writing2a

Writing2b

Writing2c

Artikli  

Din il-paġna fiha artikli mibgħutin minn kontributuri tal-programm tagħna kif ukoll minn xi ħbieb. Niżżel l-artiklu f’format “PDF” billi tagħmel “right click” u “save as” jew inkella iftaħ l-artiklu f’tieqa ġdida billi tikklikja darbtejn fuqu.

Nota: Id-dritt tal-awtur ta’ dawn l-artikli hu kompletament tal-awturi rispettivi u kull talba biex jiġi riprodott l-artiklu f’xi forma trid issir lill-awtur innifsu.
 

Indiċi

Titlu tal-Artiklu

Awtur

Dawriet Ma' Kappelli U Knejjes Żgħar

Tony Terribile

The Enduring Fascination of Malta’s Wayside Chapels

Caroline Busuttil

Fondazzjonijiet Għal Żwieġ Ta’ Xebbiet Foqra

Frans Ghirxi

Graffiti Marittimi Maltin

Joseph Muscat

Id-Devozzjoni Lejn San Bastjan f’Malta

Mario Coleiro

Il-Festi Fil-Passat

Roderick Busuttil

Il-Kappelli Maltin: Ġawhra Storika u Wirt Imprezzabbli ta’ Missirijietna

Joe Chetcuti

Il-Leġġenda Tas-Santwarju tal-Minsija

Tony C. Cutajar

Il-Monasteru Ta’ Santa Katarina Ta’ Lixandra U L-Knisja Tiegħu Fil-Belt Valletta

Rev. Jonathan Farrugia

Il-Qniepen f’xi Leġġendi Maltin

Gwido Lanfranco

Kappella li m’għadiex teżisti: Il-Kappella ta' Santa Katerina tax-Xwieki fil-Għargħur

Julian Bezzina

Kappelli fil-Widien

Joseph Borg

Kappelli Mxerrdin Madwar Malta Iddedikati Lil San Ġużepp

Odette Cortis

Kappelli U Knejjes Tal-Lunzjata f’Malta

Carmel Bezzina

Knejjes, Kappelli U Oratorji Li Kienu Jeżistu Fil-Birgu

Gregory Gauci

Kwadri Ex-Voto Marittimi

Joseph Muscat

L-Għanja Tas-Seba’ Niċeċ, Ta’ George Zammit

Ġorġ Peresso

L-Immunità Ekkleżjastika

Gregory Gauci

L-Istorja Tan-“Non Gode . . . ”  Mal-Knejjes Tal-Kampanja  U  L-Immunità  Ekkleżjastika

Guido Lanfranco

Mitt Sena Mit-Tberik U L-Inawgurazzjoni Tal-Knisja Tan-Nazzarenu fl-Imqabba

Rev. Jonathan Farrugia

Santa Duminka: Knisja Parrokkjali f'Ħal Tartarni Li Nsejniha

Fr. Alexander Bonnici

Termini Użati Fl-Arkitettura Tal-Knejjes U Kappelli

Anthony M. Brincat

Visti Pastorali

Joseph Brincat

Xogħol Tal-Iskjavi Fost Il-Maltin

Gwido Lanfranco

Xogħol U Faqar Tal-Qassisin Tul Is-Sekli

Gwido Lanfranco

Żewġ Kappelli Rurali Li m’Għadhomx Jeżistu

Michael Balzia

Żmien Il-Kjeriċi Miżżewġin U Opportunisti Bis-Sensja Tal-Knisja

Gwido Lanfranco

Writing2d

Kappella li m’għadiex teżisti: Il-Kappella ta' Santa Katerina tax-Xwieki fil-Għargħur

Għandna ħafna kappelli f’Malta u Għawdex.  Iżda nafu b’għadd oħrajn li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jeżistu:  min minħabba t-telqa li jkunu waqgħu fihom u l-qilla tal-elementi li jkunu ħakmuhom, oħrajn minħabba l-gwerra waqt li oħrajn jitwaqqgħu minħabba esiġenzi oħrajn.  Uħud minnhom nafuhom biss minn ritratti, pitturi u minn kitbiet storiċi.

Julian Bezzina jiktbilna dwar kappella fil-Għargħur li m’għadiex teżisti: dik ta’ Santa Katrina tax-Xwieki.  Aktar milli naqraw b’interess u forsi nibku x’kellna, dawn l-artikli għandhom jixprunawna biex almenu nżommu u nibżgħu għal dak li għandna biex ma nitilfuħx għal dejjem.

 

WEB_Julian Bezzina

Julian Bezzina

The enduring fascination of Malta’s wayside chapels

[ARTIKLU BL-INGLIŻ] Wieħed ma jistax ma jibqax imgħaġġeb bin-numru ta’ kappelli li jsebbħu ‘l kampanja Maltija.  Minkejja l-karatteristiċi sempliċi tagħhom u t-trankwillità li jispiraw f’kull min jarahom,  illum qed ikun hawn interess ġdid u kurżita biex insiru nafu aktar dwarhom.

Dan hu artiklu bl-Ingliż, miktub minn Caroline Busuttil, li deher fis-Sunday Times tal-Ħadd, 15 ta’ Jannar tal-2012.  Idur dawra sew mall-kappelli u jipprova ifisser bi kliem sempliċi is-seher ta’ dawn tagħhom.


 

WEB_Caroline Busutti

Caroline Busuttil

Mitt sena mit-tberik u l-inawgurazzjoni tal-knisja tan-Nazzarenu fl-Imqabba

Dan is-sit mhux normalment iġib kitbiet dwar kappelli taċ-ċimiterji għaliex dawn huma barra il-firxa tal-kappelli li nixtiequ niktbu dwarhom. Iżda dan ma jfissirx li uħud minn dawn il-kappelli m’għandhomx il-preġju u l-valur storiku tagħhom ukoll. Bħalma dejjem ktibna, iċ-ċimiterju fil-qedem kien parti ntegrali mill-knejjes u l-kappelli tagħna. Rev. Jonathan Farrugia kitbilna artiklu tajjeb dwar l-egħluq il-mitt sena mit-tberik u l-inawgurazzjoni tal-knisja tan-Nazzarenu fl-Imqabba, fejn fih jiddeskrivi mhux biss iċ-ċimiteju tal-Imqabba iżda wkoll din il-kappella mponenti li hemm miegħu.

WEB_RevJonathanFarrugia

Rev. Jonathan Farrugia

Il-Qniepen f’xi Leġġendi Maltin

Il-leħen tal-qniepen isaħħar. Minn dejjem intużaw biex il-Knisja tikkomunika mal-fidili: jew biex issejħilhom għal xi devozzjoni, jew biex tagħtihom xi aħbar – kemm tajba kif ukoll ħażina – jew inkella biex jagħtu twissija ta’ xi għawġ li jkun ġej. Il-qniepen għalhekk huma wieħed mill-ilħna tal-Knisja li biħ tikkomunika mal-firxa tal-fidili tagħha. Mhux ta’ b’xejn li l-qniepen insibuhom imdeffsin f’xi leġġendi marbutin ma’ kappelli u knejjes. L-istoriku Gwidu Lanfranco isemmilna ftit minn dawn waqt l fl-istess ħin jifred dak li hu fatt minnn dak li hu leġġenda.
 

 

WEB_GuidoLanfranco2

Guido Lanfranco

Xogħol tal-Iskjavi Fost il-Maltin

Meta wieħed janalizza l-istorja, ma jistax juża l-kejl tal-valuri tal-lum biex ikejjel il-valuri tal-passat. Filwaqt li l-libertà tal-bniedem kienet dejjem mgħożża iżda fl-antik l-iskjavitù kien ħaġa aċċettata kemm mill-pagan kif ukoll minn Nisrani. Listoriku Gwido Lanfranco jitkellem fuq kif kienu jintużaw l-iskjavi fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri – u dawn mhux biss l-istat kien jużahom iżda, kif naraw, kważi kullħadd.


 

 

WEB_GuidoLanfranco2

Guido Lanfranco

Il-Festi fil-Passat

Il-festi huma magħġunin intimament mal-kultura Maltija u paradossikament huma xhieda kemm tar-reliġjożità kif ukoll tal-paganiżmu li jeżitu fina l-Maltin. Roderick Busuttil jagħti ħarsa lejn it-tradizzjonijiet marbutin mal-festi kemm dawk esterni kif ukoll dawk interni u jgħid kif żviluppaw il-festi matul is-snin.

 

 

 

 

WEB_RoderickBusuttil2

Roderick Busuttil

Fondazzjonijiet għal żwieġ ta’ xebbiet foqra

Frans Ghirxi huwa ġurnalista anzjan li kellu għadd ta’ karigi f’diversi ġurnal lokali. Iżda kellu wkoll in-namra lejn il-wirt kulturali ta’ Malta. Fl-1984 kien kiteb sensiela ta’ artikli fil-ġurnal ta’ kull nhar ta’ Ħadd “It-Torċa” taħt l-isem “Wirt Ġensna” li kien jitratta l-kappelli. Qarrej tagħna, is-Sur Carmelo Zammit Pulo minn Birkirkara għaddielna s-sensiela li kien żammha minn dak iż-żmien. Ser inġibu xi artikoli minn dik is-sensiela fejn aħna mhux ser inkunu qed nittratawhom fis-sit tagħna. Nirringrazzjaw lis-Sur Ghirxi talli tana l-permess nagħmlu dan u lis-Sur Zammit Pulo li għaddielna l-materjal.

 

 

WEB_FransGhirxi3

Frans Ghirxi

L-Immunità Ekkleżjastika

L- Immunità Ekkleżjastika diġà kitbilna fuqha is-Sur Gwido Lanfranco. F’dan l-artiklu t’hawn, Gregory Gauci jgħidilna l-istorja tat-tiġbid bejn l-awtoritajiet Ekkleżjastiċi u l-awtoritajiet Ċivili sabiex isibu tarf ta’ dan il-privileġġ li wara kollox, ma kienx jirrispetta l-ġustizzja naturali. Jieħu eżempji minn kitbiet u dokumenti marbutin ma’ dan is-suġġett li seħħew fil-knejjes u kappelli fil-Birgu.



 

WEB_GregoryGauci

Gregory Gauci

Il-Leġġenda tas-Santwarju tal-Minsija

Il-leġġendi huma parti mill-kultura tagħna u hemm għadd minnhom marbutin ma’ knejjes u kappelli. Għadd ta’ awturi, fosthom Ġużè Delia u Gwido Lanfranco, irrakkontaw dawn il-leġġendi bil-poeżija. Tony C Cutajar kompla b’ din it-tradizzjoni meta rrakkonta l-leġġenda marbuta mas-Santwarju tal-madonna tal-Minsija. Tony C. Cutajar għamel erbgħin sena għalliem tal-Ingliż u l-Franċiż u għal ħafna snin kien ukoll xandar ta' programmi edukattivi fuq it-TV u r-radju. Kiteb ukoll madwar 50 ktieb, ħafna minnhom għat-tfal u għaż-żgħażagħ.
 

 

WEB_TonyCCutajar

Tony C. Cutajar

Il-Kappelli Maltin: Ġawhra storika u wirt imprezzabbli ta’ missirijietna

Artiklu ta’ Joe Chetcuti li deher fil-ġurnal In-Nazzjon tas-Sibt, 3 ta’ Jannar tal-2009 f’paġna 13.

Joe Chetcuti hu kontributur regolari mal-gazzetti in-Nazzjon u l-Mument u għandu wkoll il-programm “Marċi u Bandalori” fuq Radio 101. Joe jibgħatilna b’mod regolari l-lista ta’ attivitajiet li jsiru fil-kappelli kull xahar.



 

WEB_JoeChetcuti2

Joe Chetcuti

Knejjes, kappelli u oratorji li kienu jeżistu fil-Birgu

Il-Birgu ra ħafna. Kemm f’dak li hu storja glorjuża kif ukoll f’dak li hu tbatija fi gwerrer. Kien fiċ-ċentru tal-akbar żewġ assedji ta’ Malta, dak tal-1565 u l-ieħor fl-aħħar gwerra dinjija. F’din tal-aħħar il-Birgu bata sew l-attakki mill-ajru u tilef għadd ta’ ġawhar arkitettoniċi, fosthom għadd ta’ kappelli u oratorji li issa, ix-xjuħ li għadhom jiftakruhom, qed jonqsu sew. F’dan l-artiklu is-Sur Gregory Gauci dar dawra ma’ dawk il-kappelli li llum m’għadhomx jeżistu.
 

 

WEB_GregoryGauci

Gregory Gauci

Xogħol u faqar tal-Qassisin tul is-Sekli

Dan l-artiklu hu t-tieni wieħed minn tnejn dwar il-kjeriċi, jiġifieri dawk li jkunu bdew l-ewwel pass li kellu jwassal għas-Saċerdozju. Kif jurina Gwido Lanfranco, dan l-istat kellu marbut miegħu għadd ta’ privileġġi u allura xi drabi kien hemm abbuż bla rażan, kultant ukoll bil-permess tal-Isqof. Iżda mhux kollox kien ward u żahar: il-ħajja għal dawn il-kjeriċi ħafna drabi kienet tkun waħda ta’ faqar.


 

 

WEB_GuidoLanfranco2

Guido Lanfranco

Żewġ Kappelli Rurali li m’Għadhomx Jeżistu

Kitba ta’ Michael Balzia. Dan l-artikplu insilet minn ieħor itwal li kien jinkludi wkoll fih il-kappella ta’ Bengħajsa. Din neħħejniha minn dan l-artiklu peress li għadha teżisti u ser nittrattawha aktar tard. Dawn il-kappelli li kiteb fuqhom is-Sur Balzia m’għadhomx jeżistu u allura ma jaqgħux fl-iskop ġenerali ta’ dan is-sit – iżda deherilna li xorta waħda jistgħu jinteressaw lill-qarrejja tagħna u għalhekk qegħednihom hawn.


 

 

Michael Balzia

Michael Balzia

Żmien il-Kjeriċi Miżżewġin u Opportunisti bis-Sensja tal-Knisja

Dan l-artiklu hu l-ewwel wieħed minn tnejn dwar il-kjeriċi, jiġifieri dawk li jkunu bdew l-ewwel pass li kellu jwassal għas-Saċerdozju. Iżda kif jurina Gwido Lanfranco, dan l-istat kellu marbut miegħu għadd ta’ privileġġi u allura xi drabi kien hemm abbuż bla rażan, kultant ukoll bil-permess tal-Isqof, li kien jara fil-kjeriċi poter fuq il-jeddijiet tal-Gran Mastru u tal-Inkwiżitur.


 

 

WEB_GuidoLanfranco2

Guido Lanfranco

Kappelli mxerrdin madwar Malta iddedikati lil San Ġużepp

Odette Cortis minn Ħaż-Żebbuġ tikteb dwar kappelli mxerrdin madwar Malta li huma ddedikati 'l San Ġużepp. Ta' interess akbar huma dawk il-kappelli li m'għadhomx jeżistu billi dawn mhux ser niktbu dwarhom f'dan is-sit.




 

 

WEB_OdetteCortis

Odette Cortis

Santa Duminka: Knisja Parrokkjali f'Ħal Tartarni li nsejniha

Artiklu miktub minn Fr. Alexander Bonnici OFM Conv. u li deher għall-ewwel darba fil-programm tal-festa tal-Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli fl-2001. Dan l-artiklu qed jiġi riprodott bil-permess tal-Kappillan, Fr. Norman Zammit. Fihinformazzjoni fuq il-qaddisa Santa Dumikna kif ukoll fuq ir-raħal Ħal Tartarni u l-knisja parrokkjali tiegħu li llum il-ġurnata t-tnejn spiċċaw.


 

 

WEB_FrAlexanderBonnici2

Fr. Alexander Bonnici OFM Conv

Kappelli u Knejjes tal-Lunzjata f’Malta

Dan l-artiklu hu ispirat mill- poeżija “L-Għanja tas-Seba’ Niċeċ” ta’ l-avukat Ġorġ Zammit, li l-awtur kien studja fl- Università żmien ilu. Carmel Bezzina jagħmel bħall-poeta, u jitlaq għal għonq it-triq u jżur seba’ knejjes jew kappelli ddedikati lill-Annunzjazzjoni ta’ Marija. Għażel seba' kappelli marbutin mal-kult tal-Lunzjata li nbnew fi żminijiet differenti u li għalhekk għandhom stili differenti ta’arkitettura, u jinsabu f’lokalitajiet differenti ta’ pajjiżna. B'hekk ħareġ il-firxa wiesgħa tal-qima lejn il-Lunzjata fi gżiritna.

 

 

WEB_Carmel Bezzina

Carmel Bezzina

Il-Monasteru ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra u l-knisja tiegħu fil-Belt Valletta

Rev. Jonathan Farrugia hu saċerdot żagħżugħ, president tal-Għaqda tal-Istudenti tat-Tejoloġija fl-Universita ta' Malta. Kitbilna dwar il-Monasteru ta' Santa Katerina fil-Belt Valletta u nkludejna dan l-artiklu mhux biss għad-dettall storiku li fih iżda wkoll għad-deskrizzjoni ddettaljata u ferm interessanti tal-ħajja monastika tal-epoka.


 

 

WEB_RevJonathanFarrugia

Rev. Jonathan Farrugia

Termini użati fl-arkitettura tal-Knejjes u Kappelli

Anthony M. Brincat huwa kontributur regolari fuq dan is-sit. Tana għadd ta' artikoli li wieħed minnhom huwa dan, fejn jispjega t-termini arkitettoniċi użati meta jiġu deskritti l-kappelli. Anthony għandu għajn għad-dettall li hi xhiedha tal-interess tiegħu fis-suġġett.

 


 

 

WEB_Anthony Brincat 4

Anthony M. Brincat

Graffiti Marittimi Maltin

Dan hu t-tieni minn żewġ artikli li kitbilna Joseph Muscat għal dan is-sit. L-ieħor hu dwar il-kwadri ex-voto fil-knejjes Maltin li ser tellgħina f'dan is-sit aktar qabel. Joseph Muscat bħala storiku speċjalizza fl-istorja marittima ta' Malta, speċjalment fuq il-flotta u l-bastimenti tal-Ordni ta' San Ġwann. Kiteb għadd ta' kotba dwar suġġetti marittimi kif ukoll ukoll membru ta' għadd ta' soċjetajiet prestiġġjużi kemm Maltin kif ukoll barranin li jispeċjalizzaw f'dan is-suġġett.
 

 

WEB_JosephMuscatSmall

Joseph Muscat

Visti Pastorali

Joseph Brincat huwa xandar u huwa wieħed mill-produtturi tal-programm “Mat-Tokki ta’ Qniepen Żgħar”. Ipproduċa għadd ta’ programmi oħrajn l-aktar marbutin mal-festi parrokkjali ta’ l-irħula Maltin u li ġeneralment ixxandru fuq radjijiet komunitarji. Riċentament kien ukoll ko-produttur ta’ programm dwar l-aħħar gwerra dinjija li xxandar nhar il-Vitorja.

 

 

 

WEB_JoeBrincat

Joe Brincat

Kappelli fil-Widien

Dr. Joseph Borg, konsulent u espert fil-qasam agrikolu u landscaping jiktbilna dwar dawk il-kappelli li jinstabu fil-wiedien. Jgħidilna kif il-wiedien fl-imgħoddi kienu marbutin mal-ħajja rurali u kif għalhekk nibtu dawn il-kappelli. Bħal kull min iħobb u japprezza l-wirt naturali u storiku tagħna, jagħmel appell biex nibżgħu għal dak li għandna.

 

 

 

WEB_JosephBorgAgri

Joseph Borg

Kwadri Ex-Voto Marittimi

Dan hu l-ewwel minn żewġ artikli li kitbilna Joseph Muscat għal dan is-sit. L-ieħor hu dwar il-graffitti marittimi Maltin li ser intellgħu f'dan is-sit aktar 'l quddiem. Joseph Muscat bħala storiku speċjalizza fl-istorja marittima ta' Malta, speċjalment fuq il-flotta u l-bastimenti tal-Ordni ta' San Ġwann. Kiteb għadd ta' kotba dwar suġġetti marittimi kif ukoll ukoll membru ta' għadd ta' soċjetajiet prestiġġjużi kemm Maltin kif ukoll barranin li jispeċjalizzaw f'dan is-suġġett.

 

 

WEB_JosephMuscatSmall

Joseph Muscat

L-Għanja tas-Seba’ Niċeċ, ta’ George Zammit

Ġorġ Peresso ta kontribut qawwi lix-xandir Malti, kemm pubbliku kif ukoll privat. Kiteb ukoll għadd ta’ poeżiji, proża u drammi, uħud minnhom ukoll bit-Taljan. F’dan l-artiklu, miktub apposta għal dan is-sit, Ġorġ Peresso janalizza b’mod dettaljat u bl-istil inimitabbli tiegħu L-Għanja tas-Seba’ Niċeċ, ta’ George Zammit, b’mod partikolari ir-referenzi għall-kappelli msemmija fiha.

 

 

WEB_GorgPeresso

Ġorġ Peresso

Id-Devozzjoni lejn San Bastjan f’Malta

Artiklu ta' Mario Coleiro, storiku. Jaħdem ma' Heritage Malta. Hu kkontribwixxa għall-programm u għall-website billi għaddielna diversi scripts u nformazzjoni fuq diversi kappelli. Ġie ntervistat ukoll għall-programm. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fil-ġurnal l-Orizzont tal-Ħamis 14 ta' Lulju 2005 u qed jiġi riprodott bil-permess ġentili kemm tal-awtur kif ukoll tal-Editur tal-Orizzont.


 

 

WEB_mariocoleiro2

Mario Coleiro

Dawriet ma’ Kappelli u Knejjes Żgħar

Tony Terribile hu midħla sew ta’ dak li hu storja u folklore, speċċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reliġjon, kult u knejjes. Hu membru ta’ għadd ta’ soċjetajiet fosthom l-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes. Is-sensiela ta’ kotba riċenti tiegħu "Teżori fil-Knejjes Maltin" hija kollezzjoni estensiva b’kitba u ritratti tat-teżori li għandna aħna l-Maltin fil-knejjes tagħna. Ikkontribwixxha wkoll għall-programm tagħna b’intervista.

 

 

 

WEB_TonyTerribile3

Tony Terribile

L-Istorja tan-“Non Gode  . . . ” mal-Knejjes tal-Kampanja u l-Immunità Ekkleżjastika

Is-Sur Gwido Lanfranco hu ex-għalliem u studjuż tax-xjenza, tan-natura u l-ambjent kif ukoll folklorista ta’ esperjenza wiesgħa. Kiteb f’għadd ta’ rivisti kif ukoll ippubblika għadd ta’ kotba dwar dawn is-suġġetti f’kuntest lokali li ħafna minnhom pprovda l-issultrazzjonijiet għalihom hu stess. Ikkontribwixxha wkoll għall-programm tagħna b’intervista dwar il-leġġendi marbutin ma’ dawn il-kappelli kif ukoll dwar kif kienu jiġu ċċelebrati l-festi ta’ dawn il-kappelli żgħar.
 

 

WEB_GuidoLanfranco2

Guido Lanfranco

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com