KappelliMaltinTitleBanner Tal-Balal-ver01
New Logo - Kappelli Maltin - White SMALL

 

 

Kurżitajiet: Kappella mitluqa
lejn ir-Rabat

WEB_CuriousSmall

Is-Sur Louis Fenech qalilna hekk fuq din il-kappella:

Din il-kappella tinsab f'Għar Barka, fir-Rabat. Din il-kappella, li qatt ma ġiet ikkonsagrata, kienet inbniet minn ċertu Ġużeppi Fenech u ibnu madwar mitt sena ilu few ftit aktar. Kellha bħala titular, imma x'aktar li kienet “santa”, tal-Madonna tar-Rużarju, imma in-nies ta' dawk l-akwati kienu jsibuha bħal “Ta' Pompei”. Din għandha, jew aħjar kellha, altar wieħed u kien jieħu ħsieba Patri Manuel Ebejer, Franġiskan. Kienu jużawha biex jgħallmu d-dutrina. Illum, jekk wieħed imur jaraha, isiba kollha ġwież tal-annimali u xi għodod tar-raba. Ingħalqet fl-1950, wara li ma kienx hemm min jieħu ħsiebha.
 

Ritratt ta' David Mallia

Noel Ciantar © 2012-2023    webmaster@kappellimaltin.com