Il-ħlewwa u l-ġmiel tal-kappelli li hawn madwar l-gżejjer tagħna jsaħħar lil diversi persuni jesprimu t-talenti tagħhom billi jpittruhom, jiffotografawhom u jimmudellawhom bl-aktar sens artistiku.
Il-pittura dejjem issaħħar għax tista’ tara kif l-artist fehem u esprima s-suġġett f’waqtiet differenti jew b’materjali differenti. Tara wkoll oħrajn, li meta rtiraw komplew jużaw is-sengħa tagħhom biex jesprimu ruhhom b’dan il-mod. Xi wħud mill-mudelli tal-kappelli li għandna f’din it-taqsima jkunu verament viċin lejn l-oriġinal inklużi fl-iżgħar dettal.
Għal din ir-raġuni ddeċidejna li ntellgħu din it-taqsima fejn fiha, min jipprattika l-arti jew għandu xi passatemp li għandu x’jaqsam ma' kappelli u l-istorja tagħhom, jista' jagħmel kuntatt magħna u hekk nagħmlu intervista miegħu u naqsmu dak li qed jagħmel mal-qarrejja ta’ dan is-sit.
Min jixtieq jikkuntattjana, jista' jagħmel dan billi jibgħat email fuq webmaster@kappellimaltin.com.
|